immigranti – Page 7 – One News

Notifiki

Il-bastiment bl-immigranti telaq lejn Sqallija

Reġa’ telaq lejn Sqallija l-bastiment Golfo Azzuro li fl-aħħar sigħat kien maqbud bejn sema u ilma lil hinn mill-Kosta Maltija wara li l-awtoritajiet Maltin u Taljani ma laqgħux it-talba li jidħol bl-immigranti f’Lampedusa.

Il-Gvern Malti argumenta li skont regoli internazzjonali l-immigranti kellhom jittieħdu lejn l-eqreb port sigur u dak ma kienx f’Malta. Il-vapur jitmexxa minn għaqda mhux governattiva Spanjola u qabel ittieħdet id-deċiżjoni li jmur lura Sqallija ħaddiema minn tiegħu tniżżlu Malta minn fejn qabdu ajruplan lejn pajjiżhom.

Il-Golfo Azzuro issa se jidħol Pozzallo akkumpanjat minn patrol boat tal-ħarsien tal-kosta.Aqra aktar

Ebda żviluppi fil-każ tal-immigranti maqbudin fuq bastiment

Immigranti li jinsabu abbord Golfo Azzuro, bastiment li jinsab maqbud barra mill-Kosta Maltija, għadhom qed jistennew biex tittieħed deċiżjoni ta’ fejn se jkunu qed jiddaħlu.

Ilbieraħ parti mill-ekwipaġġ li kienu jinsabu fuq il-bastiment marru lura lejn pajjiżhom dan wara li l-ħaddiema spiċċalhom il-perjodu tax-xogħol u għalhekk intbagħtet dgħajsa privata għalihom. Dawn ittieħdu Malta u minn hawn qabdu r-rotta fid-destinazzjoni tagħhom bl-ajruplan.

Aqra aktar

Malta bl-iktar nies intitolati għall-protezzjoni internazzjonali

Ir-rapport annwali tal-2016 ippubblikat mill-EASO juri kif f’pajjiżna kellna l-ogħla rata ta’ persuni li kellhom l-aktar raġunijiet validi biex jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Fil-fatt, total ta’ 83% mit-total ta’ persuni li fittxu l-protezzjoni f’pajjiżna, issoddisfaw il-kriterja neċċessarja biex jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Pajjiżna kien segwit mill-Olanda u l-Awstrija b’72%, filwaqt li l-pajjiż li fih ingħataw l-anqas protezzjoni kien fl-Ungerija bi 8%.

Aqra aktar

Eluf f’periklu qrib Malta

Mis-sigħat bikrija tas-Sibt, l-organizazzjoni MOAS wettqet ħidma ta’ salvataġġ u assistenza lil disa’ dgħajjes, li fuqhom kien hemm bejn 1,500 u 1,800 persuna.

Dan qed tgħidu l-aġenzija privata stess, ibbażata hawn Malta.

Qalet ukoll li 453 persuna ttelllgħu abbord il-vapur tal-MOAS Phoenix, u l-ħaddiema tal-MOAS spiċċaw jgħassu madwar elf persuna li baqgħu fuq id-dgħajjes tul il-lejl, sakemm waslet l-għajnuna.

Dejjem skont MOAS, fiċ-ċentru tal-Mediterran saru 2,074 operazzjonijet ta’ salvataġġ f’dan tmiem il-ġimgħa.

Aktar minn 200 immigrant maħsuba mejta

Aktar minn 200 immigrant huma maħsuba li tilfu ħajjithom wara li għerqu waqt li kienu abbord dgħajsa li għerqet ftit ‘il bogħod mill-kosta tal-Libja, dan skond organizzazzjoni Spanjola li tgħin lil persuni fil-bżonn.

Proactiva Open Arms qalet li s’issa sabu madwar ħames iġsma li kienu qrib dgħajsa meqluba, li kull waħda tesa’ mitt persuna.

Aqra aktar

Malta: iż-żieda fl-immigranti ikbar mill-ammont ta’ trabi Maltin imwielda

L-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika ppublika ċifri li jindikaw tendenzi fis-soċjetà Maltija.

Fost oħrajn, fl-2015 iż-żieda fil-popolazzjoni kien spjegata prinċipalment biż-żieda fl-immigranti minflok fl-ammont ta’ trabi li twieldu. Kien hemm twelid aktar minn mwiet, iżda n-nisa taħt it-tletin qed ikollhom inqas tfal.

Aktar minn 12,000 immigrant ġie Malta fl-2015.

Send this to a friend