immigranti – Page 5 – One News

Notifiki

Il-vapur Diciotti jitrakka Catania

L-Italja se tħalli l-vapur tal-Gwardja tal-Kosta Taljana Diciotti jidħol fil-port ta’ Catania. Il-bastiment qed iġorr 177 immigrant. Madanakollu, il-Ministru għall-Intern Matteo Salvini għadu ma tax l-awtorizzazzjoni biex l-immigranti jitħallew jinżlu l-art. Aqra aktar

Dinghy li qed jegħreq b’60 persuna mistenni jidħol f’Malta

Matul il-lejl li ġej, sittin persuna fosthom wieħed mitluf minn sensih, mistennija jiddaħħlu f’Malta.

Dan wara li l-mutur tad-dinghy waqaf jaħdem u beda jegħreq bil-persuni abbord minħabba qarsa kbira li għandu fuq quddiem.

Minn informazzjoni li għandu ONE News il-Forzi Armati Maltin bdew b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex isalvaw il-ħajjiet tal-persuni abbord.Aqra aktar

Grupp ieħor ta’ immigranti se jħalli Malta għan-Norveġja

Fil-jiem li ġejjin grupp ieħor ta’ immigranti mistennija jħallu Malta lejn in-Norveġja wara li l-proċess mal-awtoritajiet Norveġiżi kważi wasal biex jintemm.

Fl-aħħar ġimgħat għexieren ta’ immigranti li daħlu f’Malta abbord l-MV Lifeline, ħallew pajjiżna lejn Franza, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-Portugall.Aqra aktar

Lampedusa hija l-eqreb port sigur għal dgħajsa oħra bl-immigranti

Il-Gwardja tal-Kosta Taljana u Awtoritajiet navali oħra wettqu operazzjoni fuq dgħajsa bl-immigranti bħala parti mill-Operazzjoni Themis, waqt li din kienet qed tbaħħar lejn Lampedusa.

L-immigranti abbord irrifjutaw l-għajnuna mill-Forzi Armati ta’ Malta, li kienu qed jissorveljaw id-dgħajsa waqt li kienet qed tbaħħar fir-reġjun ta’ tfittxija u salvataġġ ta’ Malta. L-immigranti insistew li ma kellhomx bżonn għajnuna u li riedu jkompli triqithom lejn l-Italja.

Intant, l-AFM kompliet tissorvelja d-dgħajsa sabiex twettaq dmirijietha bis-sħiħ.Aqra aktar

Jaslu Malta 114-il immigrant

Waslu f’Malta mija u erbatax –il immigrant li kmieni dalgħodu ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta madwar tlieta u ħamsin mil nawtiku l-barra mill-kosta Maltija.

Mal-wasla tagħhom f’Xatt it-tiben fil-Furjana huma ttellgħu fuq il-vannijiet tal-pulizija biex minn hemm jibda l-proċess t’identifikazzjoni ta’ kull immigrant.

Il-Gvern Malti fi Stqarrija irreaġixxa għal operazzjoni ta’ salvataġġ oħra mill-bastiment MV Lifeline u spjega li Malta ma kinitx l-awtorità kompetenti biex tikkordina din l-operazzjoni u għalhekk m’għandha l-ebda obbligu legali biex tipprovdi l-arranġamenti għall-post sigur.

Aqra aktar

Send this to a friend