immigranti – Page 4 – One News

Notifiki

Grupp ieħor minn fuq l-Aquarius ħalla Malta lejn Franza

Grupp ieħor ta’ immigranti ħallew Malta lejn Franza hekk kif kien miftiehem.

Dwar il-każ tal-vapur Aqurius kien hemm qbil wara li l-Gvernijiet ta’ Franza u Malta ħadu l-inizjattiva konġunta biex isolvu s-sitwazzjoni li kienet qed tiżviluppa fl-ibħra internazzjonali fuq il-vapur li kien qed iġorr 58 persuna nhar il-25 ta’ Settembru 2018.

Fi stqarrija, il-Gvern Malti kien qal li l-persuni abbord l-MV Aquarius se jiġu żbarkati fuq lanċa tal-Forzi Armati Maltin fl-ibħra internazzjonali. Ingħad li l-persuni abbord se jiddaħħlu f’Malta u kollha kemm huma se jħallu l-pajjiż biex b’mod immedjat jitqassmu f’erba’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

 

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/09/25/il-kaz-aquarius-hadd-mit-58-immigrant-mhu-se-jibqa-fmalta/

Aġġornat bil-Filmat: Malta ssalva 58 immigrant li mhux se jibqgħu f’Malta

Tmienja u ħamsin immigrant u kelb li kienu abbord il-vapur MV Aquarius, iddaħħlu Malta sabiex issa jitqassmu f’erba pajjiżi differenti mingħajr ma’ ħadd minnhom jibqa’ jirrisjedi f’pajjiżna.

L-operazzjoni seħħet iktar kmieni llum hekk kif il-Forzi Armati ta’ Malta permezz tal-lanċa P52 daħħlu lill-immigranti f’Xatt it-Tiben fil-Furjana.

 

Ħa jitneħħew minn fuq vapur tal-NGO’s u jittieħed fuq vapur militari Malti tal-Forzi Armati ta’ Maltin bl-iskop illi dawn il-persuni jiddaħħlu fil-bażi militari Maltija umbad mal-ewwel jitqassmu f’erba’ pajiiżi differenti. Ħadd minnhom ma’ jibqa’ Malta.

L-immigranti ser ikunu qed jitqassmu bejn Franza, il-Ġermanja Spanja u l-Portugall li ser jieħdu għaxar immigranti.

Il-vapur MV Aquarius ma setax jidħol fl-ibħra Maltin hekk kif jinsab ibaħħar mingħajr bandiera wara li l-Panama rrevokat ir-reġistrazzjoni ta’ dan il-bastiment.

Fost l-immigranti li ddaħħlu kien hemm 18-il tifel u tifla u mara tqila.

B’reazzjoni għal din l-operazzjoni l-Prim Ministru qal li Malta setgħet segwiet id-direzzjoni ta’ pajjiżi oħra iżda għażlet li tieħu l-aktar triq responsabbli.

 

L-għażla li nagħmlu aħna u din ser nerfa’ ir-responsabbiltá sħiħa jien fuq spallejja fuq din l-għażla. L-għażla li nagħmlu aħna hi li nkunu parti mis-soluzzjoni u mhux parti mill-problema.

Intant fuq Twitter, is-segretarju parlamentari għall-Annimali Clint Camileri qal li l-kelb huwa Maltese Terrier u li wara sarulu sensiela ta’ testijiet fis-sezzjoni tal-kwarantina tal-annimali f’Ħal-Luqa, irriżulta li l-kelba hija b’saħħitha u ma jidhirx li għandha mard.

Intant, il-kelba ħa tibqa’ fi kwarantina sakemm isirulha aktar testijiet.

Aqra aktar

“Il-ħidma tal-Forzi tal-Ordni fil-Marsa bdiet tħalli l-frott”

Is-sitwazzjoni dwar l-immigranti fil-Marsa jidher li qegħda taħt kontroll bis-saħħa ta’ ħidma sfieqa li qegħdin iwettqu l-forzi tal-ordni.  Innota dan is-Sindku tal-Marsa s-Sur Frans Debono, wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat appella biex tissaħħaħ is-sigurtà permezz ta’ preżenza akbar ta’ Pulizija.

Is-Sindku tal-Marsa nnota tnaqqis fin-nies jitlajjaw għax-xogħol wara bosta spezzjonijiet mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni kull filgħodu fil-Marsa. Huwa qal kif is-sitwazzjoni qegħda f’ċirkostanza li l-Poplu Marsi kienu ilu jixtieqa, u li jispera li dawn il-kontrolli jibqgħu jsiru sakemm tiġi stabbilita l-lokalità, u ma jfissirx li la darba tiġi stabbli, ma jibqgħux isiru l-kontrolli.Aqra aktar

Jitolbu lill-Gvern iħalli l-bastimenti tal-NGOs joperaw

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li ġiet pajjiŻna sabiex tinvestiga l-kwistjoni tal-Immigrazzjoni, talbet lill-gvern malti sabiex iħalli l-vapuri u ajruplan jitilqu minn Malta biex jerħula lejn iż-żona ta’ tiftix u salvataġġ tal-Libja.

Fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda, il-Gvern ordna li l-vapuri Seawatch 3 u l-MV Lifeline li jaħdmu fil-qasam tas-salvataġġ fil-Mediterran biex ma joħorġux mill-Port il-Kbir minħabba ksur ta’ regolamenti internazzjonali.

Dan wara deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea li bl-insistenza ta’ Malta qablet li dawn il-vapuri għandhom jaħdmu skont ir-regoli internazzjonali.

Madankollu, id-delegazzjoni mmexxija mill-membru parlamentari ewropew tal-irlanda Martina Anderson, qalet li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jintervjeni u jħalli dawn il-bastimenti tas-salvataġġ joperaw.

We are asking the PM to intervene to these vessels to leave Malta.

Fl-stess konferenza tal-aħbarijiet, il-membru parlamentari ewropew ingliza Jean Lambert appellat sabiex l-istati membri tal-Unjoni Ewropea ma jaħarbux mir-responsabillita tagħhom u jsalvaw l-immigranti.

Bil-gvern malti dejjem mexa bil-politika tas-sens komun u salva ħajjet in-nies f’kazijiet fejn kien hemm bzonn. Bil- ħajja umana hija l-interess ewlieni tal-gvern.

We were looking at the situation when Malta was undepressure a number of years ago. The inability of member states to cooperate where people will land and the support.

Il-ġimgħa li għaddiet l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li Malta għandha ssir ċentru ta’ salvataġġ għall-immigranti għax qal li għandha ħafna baħar. Propsota li l-Prim Ministru Joseph Muscat għamilha ċara li ma jaqbilx magħha għax Malta ssir target għat-traffikanti li jimmiraw li jġibu l-immigranti mill-ewwel f’pajjiżna.

 

Send this to a friend