immigranti – Page 14 – One News

Notifiki

Dgħajsa waħda biss fl-2015

Dgħajsa waħda biss, b’106 immigrant irregolari abbord.

Daqshekk waslu pajjiżna s-sena li għaddiet, b’kuntrast ma snin preċedenti. L-2008 tibqa’ mniżżla bħala l-aktar sena li magħtulha waslu immigranti rregolari fi 13-il sena. F’dik is-sena, waslu 84 dgħajsa b’2,775 persuna abbord.

L-ammont li wasal is-sena li għaddiet ifisser tnaqqis ta’ 81.4% fuq is-sena ta’ qabel. Minn dawn, mad-99% kienu Afrikani, primarjament mill-Mali u Senegal.

Dan kollu jirriżulta mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.

Aqra aktar

L-UE trid tindirizza dak li qed ixekkel r-ritorn tal-migranti

 L-Unjoni Ewropea jrid jirnexxilha tindirizza b’suċċess il-fatturi li qed ixekklu r-ritorn u r-rijammissjoni lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom, lil dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil iżda li ma jikkwalifikawx għall-protezzjoni. B’hekk inqas nies jaqgħu fin-nasba tat-traffikanti tal-bnedmin għax jaħsbuha aktar minn darbtejn qabel ma jiddeċiedu li jimbarkaw għal vjaġġ perikoluż bil-baħar lejn l-Ewropa, qal il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela.Aqra aktar

Il-Kanadiżi m’emmnuhx u bagħtuh lura Malta

Raġel ta’ nisel Sirjan li jgħix Malta ġie ordnat jitlaq mill-Kanada sa nhar is-Sibt li ġej.

Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet CBC, Nader Kaseb wasal l-ajruport Halifax nhar it-12 ta’ Ġunju, b’$2,037, ittra li tikkonferma li ssieħeb f’kors biex jitgħallem l-Ingliż, u biljett biex imur lura ftit wara li jintemm il-kors.

Aqra aktar

Jonqsu l-applikazzjonijiet għall-ażil

Bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena l-ammont ta’ applikazzjonijiet għall-ażil naqas b’155, jiġifieri 29%, meta mqabbel mal-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet.

Fl-ewwel tliet xhur tas-sena, 390 persuna applikat għall-ażil. Minn dawn, 195 kienu Libjani.

It-tnaqqis fl-applikazzjonijiet għall-ażil hija xejra innotata madwar l-Ewropa. Skont l-Eurostat, 287,000 persuna applikat għall-ażil fl-Ewropa, li huwa 33% inqas mill-aħħar erba’ xhur tal-2015, meta saru 426,000 applikazzjoni.

Aqra aktar

Jinstabu l-iġsma ta’ 34 immigrant

Fi stqarrija tal-gvern tan-Niger, intqal li l-iġsma ta’ 34 immigrant, għoxrin minnhom tfal, instabu fid-deżert tas-Sahara viċin il-fruntiera mal-Alġerija.

Huma nstabu fil-belt żgħira Assamakka.

Il-Ministru tal-Intern qal li jidher li huma mietu bl-għatx wara li kienu abbandunati minn traffikant. Qal li disgħa mill-adulti kienu nisa u ħamsa kienu rġiel.

Aqra aktar

Tfal minn wara gradi twal tal-ħadid: “Imma għala ma tridniex?”  

Mal-wasla tagħha f’wieħed mill-kampijiet tar-refuġjati li hemm mal-fruntiera bejn is-Sirja u t-Turkija, kienet milqugħa minn Sabha. Tifla ta’ għaxar snin. Ħarbet mis-Sirja flimkien ma’ familtha ftit tax-xhur ilu. Kellmitha bl-Għarbi u weġibtha bil-Malti. Irrakkuntatilha dwar l-iktar lezzjoni favoritha tagħha fl-iskola fejn qed tmur bħalissa fit-Turkija.

Imxiet maċ-ċkejkna id f’id madwar fil-madwar tal-kampijiet. Il-bqija tat-tfal bdew jinġabru magħhom. Fosthom kien hemm erbgħa li qabdu ma’ saqajha. Iddispjaċiha li ma kellha xejn fuqha – ħelu jew ġugarelli – x’tagħtihom. Iżda tifla mfarfra qaltilha: “Mhux problema. Imħabba u attenzjoni kulma jridu.”

Aqra aktar

“Għannaqtha, daqslikieku kienet għadha ħajja”

Ritratt ta’ tarbija bla ħajja f’idejn ħaddiem tas-salvataġġ Ġermaniż qed tagħfas il-qlub u tqanqal kuxejnza.

L-organizazzjoni Ġermaniża Sea-Watch, li tieħu ħsieb dgħajsa ta’ salvataġġ bejn il-Libja u l-Italja, xerdet dan ir-ritatt onlajn.

It-tarbija ma jidhirx li għandha aktar minn sena. Ittellgħat mill-baħar nhar il-Ġimgħa wara li d-dgħajsa li kienet fuqha għerqet, b’konsegwenza li mietu mill-inqas 45.

“Kienet qisha pupa, b’idejha miftuħa” qal il-ħaddiem li ħaddanha f’dirajgħ.

Aqra aktar

F’ġimgħa għerqu 700 qrib tagħna

L-aġenzija tar-refuġjati fi ħdan il-Ġnus Magħquda għadha kemm qalet li matul din il-ġimgħa mas-seba’ mitt immigrant tilfu ħajjithom wara li għerqu viċin il-kosta Libjana.

Filfatt matul dawn l-aħħar jiem ġew rapurtati numru ta’ każijiet fejn intalbet l-assistenza tat-task force tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-iskwadra marittima Taljana wara li dgħajjes mimlija bl-immigranti dehru jiltaqgħu ma’ diffikultajiet kbar bejn sema’ u ilma.

Aqra aktar

Eluf mitluba jiċċaqalqu iżda ma jridux

Eluf ta’ immigranti li kienu maqdbua f’kamp fil-Greċja qed ikunu mċaqalqa minn kamp bl-isem ‘Idomeni’ fil-konfini tal-Maċedonja.

L-għan hu li jittieħdu lejn faċilitajiet aktar dinjitużi u sostenibbli – iżda ħafna ma jridux jafu.

Ċaqliq ikun ifisser li jersqu aktar ‘l bogħod mill-fruntiera li tant jixtiequ jaqsmu. Awtoritajiet Griegi jemmnu li l-fatt li jinsabu f’Idomeni jħajjar lil min għandu interess fit-traffikar ta’ persuni.

Aqra aktar

Send this to a friend