immigranti | One News

Notifiki

Bil-Filmat: Il-Pulizija ssib 52 immigrant f’dar f’Ħal Qormi

Il-Ħadd filgħodu grupp ta’ 52 immigrant ġew evakwati minn blokka t’ appartamenti fuq erba’ sulari fi Triq il-Wied, Ħal Qormi, f’operazzjoni mwettqa mill-pulizija tat-taqsima tal-imigrazzjoni u r-Rapid Intervention Unit. Sorsi qrib il-pulizija qalu lil ONE News li din is-sejba saret wara li l-pulizija talbu d-dokumenti lil immigrant li kien qed jitlajja fil-Ħamrun, u meta staqsewh fejn joqgħod, idderiġihom lejn il-blokka ta’ appartament f’Ħal Qormi.

L-immigranti huma minn diversi pajjiżi fl-Afrika u ġew f’Malta mill-Italja. Kollha kellhom is-Soggiorno, il-permess għal residenza fl-Italja li bih tista’ tgħix f’pajjiż stat membru tal-Unjoni Ewropea sa tliet xhur, iżda mhumiex permessi li jaħdmu f’pajjiżna. Uħud mill-immigranti kienu ilhom aktar jgħixu f’Malta u ġew biex ifittxu impjieg f’pajjiżna. Huma ttieħdu fil-Kwartieti Ġenerali tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Is-sejba tal-Ħadd saret xahar wara li l-pulizija kienet ġabret sebgħa u għoxrin immigrant ieħor minn razzett fil-Marsa-Ħamrun Bypass. Fl-aħħar sena instabu aktar minn mija u ħamsin immigrant jgħixu f’residenzi li mhumiex atrezzati li jakkomodaw ammont kbir ta’ nies. Fil-fatt, f’Novembru li għadda, kienu nstabu 31 immigrant f’dar fi Triq Farsons, il-Ħamrun. Ftit aktar qabel kienu inqabdu grupp ta’ sitt immigranti fi Triq Żabbar, il-Fgura li kienu qed jgħixu f’Malta b’permess skadut. F’Awwissu tas-sena l-oħra kienu nstabu grupp kbir ta’ immigranti jgħixu f’maqjel, b’kundizzjonijiet indiċenti.

It-393 immigrant li ġew salvati lbieraħ jintbagħtu lura l-Libja

It-393 immigrant li lbieraħ ġew salvati mill-Gwardja tal-Kosta Libjana ntbagħtu lura l-Libja t-Tnejn. Il-midja Taljana rrapportat li 143 minn dawn l-immigranti rritorna Tripli, 144 marru lura Misurata, u 106 intbagħtu al-Khoms.

Il-Viċi Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio qal li l-Italja sejħet għall-Gwardja tal-Kosta Libjana biex dawn l-immigranti jkunu salvati minn fuq il-baħar.

Fuq Twitter, il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini qal li grazzi għall-kollaborazzjoni, kuntrabandisti, traffikanti, u l-mafja għandhom jifmhu li n-negozju tagħhom intemm, u li l-portijiet Taljani għadhom magħluqa.

Jinżammu arrestati tliet immigranti li daħlu Malta b’dokumenti foloz

Tliet persuni minnSierra Leone u l-Eritrea wieġbu mhux ħatja li ffalsifikaw dokumenti sabiex daħlu f’pajjiżna. Iż-żewġ nisa u raġel qalu li ma kienux jafu li kellhom il-visa falza sabiex daħlu Malta.

Momodu Kamara, Marrah Sallay, u Weini Goiton Fitwi daħlu f’pajjiżna permezz ta’ tlie visas Ġermaniżi foloz, fejn eventwalment imbagħad applikaw għall-ażil f’pajjiżna.Aqra aktar

Il-progress qawwi miksub fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fl-aħħar ħames snin imfaħħar fl-ogħla forum internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti

Waqt it-tielet Eżami Perjodiku Universali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Malta, pajjiżna kien imfaħħar għall-progress miksub fl-aħħar ħames snin. Il-progress kien xprunat mill-bidla fil-mentalità ta’ nazzjon li nħeles mill-ktajjen konservattivi biex illum, kulħadd, mingħajr ebda distinzjoni, ingħata d-dinjità li tixraqlu.

Aqra aktar

Disa’ arrestati fuq traffikar ta’ immigranti fl-Ewropa

Ħames spanjoli u erba’ Franċiżi ġew arrestati wara li investigazzjoni kixfet li  jagħmlu parti minn organizzazzjoni kriminali responsabbli bi traffikar tal-bnedmin mill-Palestina għall-Ewropa ta’ fuq.

L-arresti saru wara operazzjoni bl-isem “Operation Safar” mill-Awtoritajiet Spanjoli u Franċiżi konġunta mal-Europol.Aqra aktar

Send this to a friend