imħabba | One News

Notifiki

Tislima lill-Kelb tal-Pulizija

Kemm hu sabiħ li nuru rispett lejn xulxin u mhux anqas lejn l-annimali li jgħinuna ngħixu aħjar.

Mhux biss jgħinuna nirrilassaw izda jgħinuna anke fix-xogħol tagħna.

Fil-każ ta’ dan ir-ritratt, jidher pulizija jġorr b’qalbu maqsuma lil kelb li min jaf kemm għenu waqt xogħolu, fil-qadi ta’ dmirijietu.

Il-kollegi pulizija nġabru f’ringieli faċċata ta’ xulxin fejn taw tislima lil dan il-kelb; ġest sabiħ u li juri mħabba u rispett mistħoqq.

BIL-FILMAT: Il-Ħlewwa tal-annimali

 

Jekk f’postijiet madwar id-dinja li f’dawn iż-żminijiet ikunu miksija bis-silġ, ifisser li n-nies jissakkru ġo djarhom u ma joħorġux, mhux l-istess għal dan il-kelb. Kif jidher fil-filmat, dan il-kelb qed jieħu gost itella’ bi snienu lura l-islitta, jitla’ fuqha u jiżżerżaq l’isfel. Il-Filmat ittella’ fil-paġna popolari Animalkind Stories u rawh kważi tliet miljun persuna.

L-24 ta’ Diċembru għadu maħbub minn bosta

Il-Jum ta’ għada, l-24 ta’ Diċembru għadu sinonimu ma’ spirtu sabiħ għal bosta. Ħafna jkun għad fadlilhom xi xiri x’jagħmlu. Imma għadek issib ħafna nies li jħobbu jerfgħu din il-ġurnata biex iżuru ħbieb li jkunu ilhom ma jiltaqgħu jew inkella jħallu propju din il-ġurnata fis-sena biex jerġgħu jġeddu xi ftit memorji u tifkiriet tat-tfulija.

Ma jonqsux l-awguri għalkemm fil-mezzi tal-midja soċjali sirna naraw ħafna kummenti li wieħed m’hemmx għalfejn jistenna dawn il-jiem biex jirreċiproka awguri ta’ xewqat tajba lil dak li jkun. Imma ejja ngħidu li b’mod awtomatiku hekk jiġri u s-soċjeta’ tistimola biex dan jiġri wkoll. Mhux inqas il-midja li żżid l-adrenalina għal dan l-istat ta’ ferħ fin-nies.Aqra aktar

Kif m’għandekx tibda l-ħajja miżżewġa

L-aktar mument sabiħ għal koppja miżżewġin friski spiċċa f’każ li dar id-dinja għal mod li bih żviluppa.

Raġel minn Pennsylvania spiċċa fi ġlieda taħraq ferm ma’ martu ftit sigħat bissa wara ċ-ċerimonja tat-tieġ. John Delozier ta’ 31 sena huwa akkużat li prova jifga lill-mara għax jemmen li jimpurtaha biss mill-flus. Infatti kellhom ġlieda liema bħalha dwar ir-rigali tat-tieġ, li wasslet għall-attakk.

Biex tagħmel is-sitwazzjoni aktar drammatika, huwa ħarab minn fuq il-post sakemm instab mill-Pulizija. Aktarx li mhux se jkollhom ħajja faċli bħala miżżewġin.

Wara 69 sena miżżewġin imutu id f’id

Koppja minn Illinois li kienu ilhom miżżewġin għal 69 sena mietu t-tnejn li huma f’temp ta’ siegħa, iżommu idejn xulxin.

Isaac Vatkin, ta’ 91 sena, kien qed iżomm id martu Teresa, li kellha 89 sena, fil-mument li tilfet il-battalja tagħha kontra l-Alzheimers.

Aqra aktar

Jitfu n-nirien iżda mhux il-fjamma tagħhom

Fl-1972 kienu Joe Cutajar u Helen Micallef li kantaw dwar l-imħabba iżda l-imħabba m’hiex biss bacio, kiss jew bewsa.

L-imħabba hi bħal fjamma tixgħel bla rażan u li minkejja l-maltemp u s-saram, bosta jgħidu li trid tibqa’ tiġi mkebbsa.

Dan kien is-sentiment espress minn Jonathan u Melanie.

Koppja Maltija, it-tnejn bl-uniformi tal-Protezzjoni Ċivili għax fost l-oħra jitqabbdu man-nirien u jagħmlu dik ix-xi ħaġa ta’ ġid mas-soċjeta’.

Jonathan li llum jaħdem bħala full time mal-Protezzjoni Ċivili u Melanie li tagħti s-servizz tagħha bħala voluntiera spjegaw kif iltaqgħu.

Aqra aktar

X’qed jgħidu l-Maltin f’Jum il-Maħbubin?

Jum San Valentinu. Jum li filwaqt bosta jassoċċjawh mal-imħabba li tintwera f’dan il-jum speċjali bejn il-koppji, oħrajn tkellmu ma’ ONENEWS li dan huwa jum li għandu jiġi ċċelebrat minn kulħadd.

Kienu diversi persuni li sostnew li Jum San Valentinu hi festa sabiħa għax tgħaqqad lil kulħadd flimkien u fejn filwaqt hi xi ħaġa sabiħa li wieħed juri mħabbtu tul dan il-jum, wieħed għandu juriha tul is-sena kollha.

U għalik, xi jfisser Jum San Valentinu?

Aqra aktar

X’għandu x’jaqsam Valentinu mal-ħabs u n-noti b’kuntrabandu?

Illum jum San Valentinu…fatt importanti għal min nesa jixtri xi warda. Dwar min kien Valentinu hemm diversi teoriji. Fosthom li huwa qaddis Kattoliku, u li kien qassis Kristjan li kien jgħix Ruma fis-snin 200. Huwa kien Isqof ta’ Terni fl-Italja li ssejjaħ biex jaqdi dmiru f’Interamne.

Hemm in-nies kellhom drawwa jiżraw fjuri fil-ġonna u jagħtuhom lil-maħbubin żgħażagħ. Għalhekk normalment jagħtu fjuri  llum. Il-warda l-ħamra kienet il-fjura favorita ta’ Venere, l-alla Rumana tal-imħabba, u jista’ jkun għalhekk li llum il-ward irid ikun aħmar.

F’dan il-ħin kien hemm liġi tal-imperatur, Claudius II, li koppji żgħażagħ ma jiżżewġux. Dan għax ried suldati mhux miżżewġin fl-armata tiegħu, għax ma riedx li jħallu nisa, għarajjes u familji imkissra, peress li dak iż-żmien li battalji kienu mdemmija ħafna.

Aqra aktar

Send this to a friend