imf | One News

Notifiki

Il-Fond Monetarju Internazzjonali jfaħħar il-miżuri meħuda mill-Gvern

Fir-rapport annwali dwar l-ekonomija ta’ pajjiżna, l-esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) isostnu li “Malta has been one of the fastest growing countries in the EU”.

Skont l-IMF, “prudent fiscal policy and successful structural reforms have helped strengthen public accounts, boost productivity growth and maintain social cohesion”. Tant li d-diretturi eżekuttivi tal-IMF, “commended the authorities for sound policies that have supported strong economic performance and job creation while improving public finances”.

Ir-rapport jinnota kif, fis-snin li ġejjin, it-tkabbir ekonomiku mistenni jkompli għaddejb’ritmu tajjeb, filwaqt li l-finanzi pubbliċi huma mbassra li jibqgħu juru surplus għal mill-inqas sitt snin oħra. Dan mistenni jwassal biexsa tmiem din il-leġiżlatura, il-piż tad-dejn jonqos taħt it-30% tal-ġid nazzjonali, li huwa ferm inqas minn nofs il-piż li kien hemm fl-2013.Aqra aktar

“Is-settur finanzjarju ta’ Malta huwa marbut b’saħħtu mal-bqija tad-dinja”- l-IMF

Esperti tal-Fondi Monetarju Internazzjonali kkonkludew li s-settur finanzajru ta’ Malta huwa f’saħħtu.

Dan joħroġ mill-Financial System Stability Assessment li sar mill-esperti tal-IMF fuq talba tal-Gvern Malti f’Settembru tal-2017.

Fl-evalwazzjoni tagħhom qalu li minkejja li hemm xi sfidi, is-sistema bankarja f’Malta hija f’saħħitha. Qalu li l-banek għandhom kapital u likwidità għolja u jistgħu jilqgħu għal xokkijiet kbar li jista’ jkollha l-ekonomija minn barra. Madakollu qalu li f’dawn iċ-ċirkostanzi banek żgħar jistgħu jkunu esposti għal xi riskji.Aqra aktar

Analiżi żbaljata, inkonsistenti u negattiva

 

Fir-reazzjoni tiegħu għar-rapport tal-IMF, il-Partit Nazzjonalista qed juri li minkejja s-suppost mod ġdid, l-analiżi ekonomika se tibqa’ l-istess bħalma kienet fis-snin li għaddew: Żbaljata, inkonsistenti u negattiva. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.

Aqra aktar

Il-politika tal-Gvern qed twassal biex id-dħul f’pajjiżna jilħaq il-medja Ewropea

Fl-analiżi annwali dwar l-ekonomija ta’ pajjiżna, il-Fond Monetarju Internazzjonali jsostni li “Malta’s economic growth continues to be one of the strongest in Europe, resulting in rapid income convergence towards the EU average”. Skont l-esperti tal-IMF, dan ir-riżultat huwa dovut għal miżuri mwettqa mill-Gvern, deskritti bħala “prudent policies and reform efforts” li wasslu għal titjib kemm fis-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku.

Filwaqt li rrimarkaw li s-sitwazzjoni internazzjonali qed issir aktar waħda ta’ sfidi, it-tkabbir f’pajjiżna mistenni jibqa’ sostnut bis-saħħa ta’ “rising incomes, low unemployment and planned investment projects”.Aqra aktar

“Malta bi prattiċi avvanzati fil-qasam fiskali”- Uffiċjal tal-IMF

Meta mqabbla ma’ pajjiżi Ewropej oħra, Malta għandha prttiċi avvanzati ferm fil-qasam fiskali. Qal dan id-Deputat Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Fiskali tal-IMF Torben Hansen, meta lbieraħ kien ippreżentat l-ewwel skrutinju dwar Malta mill-IMF.

 

Fost oħrajn, il-Fond Monterarju Internazzjonali rrikonoxxa li Malta implimentat diversi prattiċi pożittivi fejn tidħol it-trasparenza fiskali. Malta hija fost l-aktar pajjiżi Ewropej bl-akbar trasparenza tal-Finanzi Pubbliċi, b’mod partikolari għall-mod kif il-Gvern jirrapporta l-finanzi tiegħu u anke l-proċess baġitarju.

Dan ir-rapport hu riżultat ta’ missjoni li ntbagħtet f’pajjiżna f’Mejju li għada fuq talba tal-Gvern, wara diversi xnigħat tal-Oppożizzjoni dwar it-trasparenza finanzjarja ta’ pajjiżna.Aqra aktar

Malta tibqa’ waħda mill-ekonomiji li qed jikbru malajr fl-Ewropa – IMF

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna jilqa’ l-Artikolu IV Konklussiv tal-IMF (International Monetary Fund) liema artiklu jiddikjara li l-politika prudenti u riformi strutturali avvanzati kkontribwew għall-tisħiħ tas-settur privat u pubbliku, ħolqien t’ impjiegi stabbli filwaqt li naqqas il-qgħad għal livelli l-aktar baxxi storikament.

Barra minn hekk, il-Gvern huwa mistenni li jaqbeż il-mira tal-baġit tal-2017.

L-IMF ikkonferma li Malta qed tgawdi minn tkabbir ekonomiku b’saħħtu u tibqa’ waħda mill-ekonomiji l-aktar b’saħħithom fl-Ewropa.

L-IMF jirrikonoxxi l-ħidma tal-Gvern għall-qagħda ekonomika ferm tajba

Il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) ikkonferma l-qagħda ferm tajba tal-ekonomija Maltija.

Fi stqarrija wara li temmew l-analiżi annwali tagħhom tal-ekonomija ta’ pajjiżna, l-esperti tal-IMF sostnew li “Malta’s economic growth remains one of the strongest in Europe, reflected by rapid income convergence towards the EU average”. Skont l-IMF, dan ir-riżultat huwa dovut għal politika ekonomika mħaddna mill-Gvern. Tant li fl-istqarrija jingħad li “prudent policies advanced structural reforms and contributed to the strengthening of private and public-sector balance sheets, while steady job creation drove unemployment to historically low levels”.Aqra aktar

IMF: Il-politika tal-Gvern wasslet biex Malta tkun fost l-aħjar ekonomiji fl-Ewropa

Fir-rapport annwali dwar l-ekonomija ta’ pajjiżna, il-Fond Monetarju Internazzjonali sostna li Malta hija waħda mill-iktar ekonomiji fl-Ewropa li qed tikber b’rata mgħaġġla, intqal hekk fi stqarrija maħruġa mill-Gvern ta’ Malta.

Fl-analiżi tal-esperti tal-IMF, fil-fatt, jingħad li Malta has recorded robust growth in recent years, filwaqt li jinnutaw further progress with structural reforms supported solid job creation, particularly in services, and reduced unemployment to record-lows. L-IMF tgħid li this strong performance, together with fiscal discipline, contributed to continued deficit and public debt reduction.

Aqra aktar

L-akbar giddieb fl-istorja mdawwar bl-aktar nies ipokriti fl-istorja

Skont iz-zokk il-fergħa jgħidu. Hekk hu. Simon Busuttil, uffiċjalment l-akbar giddieb fl-istorja ta’ Malta, titlu li jixraqlu mill-bidu sal-aħħar, huwa mdawwar min-naħa l-oħra, bl-aktar nies ipokriti fl-istorja.

Ngħiduha kif inhi, irid ikun hemm element ta’ ipokrezija qawwi biex fl-istess ħin li twaddab it-tajn u l-ġebel lejn ħaddieħor fuq fake news, ma titkellimx fuq fatti veri u ċari li jikkonċernaw lil dawk ta’ madwarek.

Per eżempju hija tad-daħk li kieku mhux tal-biki li Beppe Fenech Adami minn tant nies u Deputati, ikun hu li jitkellem meta kien Direttur ta’ kumpanija li hija investigata f’ċirku ta’ ħasil ta’ flus u drogi. Trid tkun wiċċek u l-għatba tal-Qorti l-istess ukoll biex titkellem fuq kontijiet, meta b’mod maġiku u mingħajr spjegazzjoni ta’ xejn, il-kont bankarju tiegħu jisplodi b’€400,000.

Forsi hawn għandna ċ-ċirkostanza tal-miraklu tal-ħobż u l-ħut.

Aqra aktar

Send this to a friend