ilma – Page 2 – One News

Notifiki

Evitaw Triq il-Kosta limiti tas-Salina

Il-Pubbliku huwa avżat li jevita Triq il-Kosta limiti tas-Salina, wara li għal xi raġuni ilmijiet għattew l-uċuh tat-toroq kif jixhdu r-ritratti. Dan biex jiġu evitati inċidenti tat-traffiku.

Aktar dettalji mal-ħin.

Ritratti: Jacques Mizzi

Se jitqajjem aktar għarfien dwar il-konservazzjoni tal-ilma

Tnieda l-Istitut Malti għar-Responsabbilità Soċjali Korporattiva, inizjattiva favur l-użu aktar sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma.

L-inizjattiva tħabbret fiċ-Ċentru Għajn li jagħti informazzjoni għall-Konservazzjoni tal-Ilma Għajn, u għandha l-għan li tkompli twessa’ l-firxa ta’ attivitajiet edukattivi dwar il-konservazzjoni tal-ilma. Aqra aktar

Is-servizz tal-elettriku f’Malta meqjus bħala wieħed mill-aħjar servizzi fl-U.E.

Meta mqabbel mal-bqija tal-pajjiżi Ewropej, is-servizz tal-elettriku f’Malta huwa meqjus bħala wieħed mill-aħjar servizzi fl-Unjoni Ewropea.

Dan ħareġ mir-rapport annwali tal-Kummissjoni Ewropea li ġie ppubblikat illum, il-Consumer Market Scoreboard, li huwa rapport li jevalwa l-impatt li s-suq Ewropew qiegħed iħalli fuq il-konsumaturi Ewropej. Minn dan ir-rapport wieħed ikun jista’ jara fid-dettall l-evalwazzjoni tal-konsumatur fir-rigward tas-setturi u swieq differenti fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Lura għan-normal il-provvista tal-ilma fin-naħa t’isfel ta’ Malta

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li l-ħsara estensiva li affetwat il-provisita tal-ilma sa mill-bieraħ, fl-inħawi tal-Kottonera ġiet solvuta.

Il-Korporazzjoni terġa tiskuża ruħha mall-pubbliku għal dan l-inkovenjent u tirringrazzja lil ħaddiema li bla waqfien ħadmu f’kundizzjonijiet diffiċli sabiex il-ħsara tissolva mill-aktar fis.Aqra aktar

Inawgurat it-tielet impjant tan-New Water

Il-korporazzjoni tal-ilma inawgurat it-tielet impjant f’pajjiżna li jibdel ilma mid-drenaġġ għal ilma tajjeb għall-irrigazzjoni tal-għelieqi.

Permezz ta’ dan il-proġett mal-ħames mija u ħamsa u tmenin bidwi fin-naħa t’isfel ta’ Malta se jkunu jistgħu jpoġġu fis-suq,  prodott ta’ kwalita tajba u li jiddistingwi ruħu fil-kwalita u fis sostenibiltà tal-ilma wżat. L-impjant f‘Ta’Barkat fil-limiti tax-Xgħajra mistenni jipproduċi madwar seba’ biljun litru ta’ ilma fis-sena biex jintuża mill-bdiewa tal-madwar. Aqra aktar

Iffirmat ftehim bejn Enemed u l-Emirates National Oil Company Ltd

Ġie ffirmat ftehim ta’ koperazzjoni bejn il-kumpanija Enemed u l-kumpanija nazzjonali taż-żejt tal-Emirati Għarab Magħquda, ENOC.

Dan il-ftehim jara l-bidu ta’ possibbilment koperazzjoni aktar mill-qrib bejn dawn iż-żewġ kumpaniji fir-rigward ta’ proġetti kapitali kemm f’Malta u anke barra mill-pajjiż, equity participation f’kumpaniji Maltin mill-ENOC kif ukoll il-ftuħ ta’ trading office f’Malta.Aqra aktar

Send this to a friend