ilma – One News

Notifiki

B’sistema ġdida se jinqabad min jisraq l-ilma

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret li pprogrammat b’suċċess teknoloġija li tidentifika ħela ta’ ilma inkluż serq. S’issa dan il-programm twettaq f’żewġ żoni speċifiċi u r-riżultati huma inkoraġġanti ħafna. Il-Korporazzjoni issa tista’ tittraċċa minn jisraq l-ilma b’mod sistematiku. Aqra aktar

Qtugħ fil-provista tal-ilma

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tixtieq tinforma lill-pubbliku li minħabba xogħlijiet infrastrutturali, il-provista tal-ilma lejn Raħal Ġdid, Tarxien u possibilment Santa Luċija ser tkun sospiża nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru fis-7 ta’ filgħaxija sal-għada l-Ħamis fis-6 ta’ filgħaxija. Aqra aktar

Il-Gvern bi ftehim ma’ Shanghai Electric Power għal riċerka dwar l-enerġija u l-ilma

Il-Gvern Malti ffirma ftehim ma’ Shanghai Electric Power, biex ikabbar il-koperazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina f’dik li hi riċerka fis-setturi tal-ilma u l-enerġija. Il-ftehim kien iffirmat waqt żjara li għamel il-Ministru Joe Mizzi fiċ-Ċina, fejn matulha ltaqa’ ma’ Wang Huaming, il-General Manager ta’ Shanghai Electric Power.Aqra aktar

Send this to a friend