Il-Prim Ministru Joseph Muscat – One News

Inawgurat il-proġett tat-turbini tar-riħ b’investiment ta’ €90 miljun mill-Enemalta fil-Montenegro

Fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, l-Enemalta nawgurat proġett ta’ €90 miljun li jinkludi 23 turbina tar-riħ mifruxa fuq medda ta’ 13-il kilometru ta’ art fil-Montenegro.
Dan il-proġett li sar permezz ta’ kollaborazzjoni li l-Enemalta għandha ma’ Shangai Electric Power huwa l-ewwel investiment Malti fl-enerġija barra minn xtutna.Aqra aktar

Il-PM jiltaqa’ mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika trid tiġi indirizzata fil-preżent u sostna li l-Gvern jinsab kommess li jagħti xokk lis-sistema permezz ta’ bidliet tranżitorji għal ftit żmien sakemm twassal għal rappreżentaza aktar mifruxa. Aqra aktar

‘Keeping Connected’ – Konvenzjoni għall-Maltin li jgħixu barra mħabbra għal Ottubru 2020

F’Ottubru 2020 ser tiġi organizzata konvenzjoni għall-Maltin li jgħixu barra, bit-tema ‘Keeping Connected’. Għall-ewwel darba, se jkollha l-parti l-kbira tagħha ddedikata għal workshops fi gruppi żgħar magħmulin minn parteċipanti Maltin li jgħixu barra biex jiddiskutu u jressqu ideat u suġġerimenti. Dan ħabbru il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela f’konferenza stampa fl-għeluq l-10 laqgħa annwali tal-Kunsill tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta li fl-aħħar jumejn iltaqgħu għal-laqgħa annwali tagħhom fil-binja tal-Ministeru, Palazzo Parisio. Aqra aktar

“Fil-baġit li se nressqu se nkunu qed nagħtu lura dak li naffordjaw u dak li huwa sostenibbli” – il-Prim Ministru

Waqt laqgħa f’Kastilja, li matulha l-MDA preżentat il-proposti tagħha għall-baġit li ġej, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li fil-baġit li ġej, il-Gvern se jkun qed jagħti lura lill-poplu dak li bħala pajjiż naffordjaw u mhux nonfqu bl-addoċċ sempliċiment biex inkunu popolari. “Irridu li dak kollu li ndaħħlu u nagħtu lura lin-nies ikun sostenibbli għal numru ta’ snin”, stqarr Dr Muscat. Aqra aktar