Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil – One News

Notifiki

IL-KAP FALLIELU L-AĦĦAR SFORZ

  • Wara l-mossa tal-qorti, telefonati mal-kunsillieri marru ħażin
  • Bdiet tisħon il-qiegħa fost il-kontestanti

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, kellu pjan biex iħabbar li se jerġa’ jitfa’ n-nomina tiegħu għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Iżda, dan il-pjan sfumalu fix-xejn fi ftit sigħat minn xħin sar magħruf. Dan hu tagħrif ikkonfermat mill-istess imkejjen fil-Partit Nazzjonalista li fl-aħħar xhur kienu provati korretti għal darba wara l-oħra.

Il-pjan kien ibbażat fuq li Simon Busuttil jipprova jerġa’ jqajjem il-kwistjoni tal-Panama fil-Qorti. Dan bit-tama li jkollu grampun ma’ xiex iqabbad il-kandidatura tiegħu.

Fil-ġimgħat li għaddew, Simon Busuttil qal lill-Membri Parlamentari Nazzjonalisti li huwa jikkontesta biss jekk joħroġ ir-rapport tal-inkjesta tal-Egrant u jinstab xi ħaġa kontra l-Prim Ministru. Però r-reazzjoni ta’ ħafna deputati kienet li ħadd mhuwa jemmen dik l-istorja.Aqra aktar

Busuttil jikkonferma: id-deal tax-Shell li gawda minnu sar meta kien Viċi Kap tal-PN

Simon Busuttil dalgħodu kellu jikkonferma li l-kważa tax-Shell inqagħtat fl-2013. Jiġifieri meta kien Viċi Kap tal-PN.

Ilbieraħ Joseph Muscat iffaċja lil Simon Busuttil fuq commissions li ħa minn ftehim marbut mal-iskandlu taż-żejt. Iffaċjat b’dan kemm ilbieraħ u kemm dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet, Busuttil ma ċaħadx li daħħal flus fil-but. Anzi, kkonferma li ħadhom meta kien Viċi Kap tal-PN.

Joseph Muscat affaċja lil Busuttil dwar każ li kien ilu disa’ snin il-Qorti, u li,nqata’ b’kumpens mill-kabinett ta’ Lawrence Gonzi, malli Simon Busuttil sar Viċi-Kap. Tax-Shell ħadu €5 miljun għax kienu żvantaġġjati fil-mod kif jinxtara ż-żejt f’dak li hu l-ikbar skandlu fl-istorja politika ta’ pajjiżna.

Mill-ħames miljuni li ħadu x-Shell, Simon Busuttil gawda bil-commission.

Aqra aktar

Busuttil kostrett jammetti dwar De Marco u kumpanija f’Ċipru…jgħid l-importanti li ddikjaraha

Simon Busuttil għadu kemm inkixef waħdu dwar il-Viċi Kap tiegħu, Mario De Marco.

Iffaċjat mill-Prim Ministru waqt Xarabank ilbieraħ, Simon Busuttil irreċta li hu sporpriż meta mistoqsi fuq il-kumpanija tal-Viċi Kap f’Ċipru. Minflok spjega jew provda dettalji dwar din il-kumpanija barra l-pajjiż, Busuttil ċaħad għal kollox li teżisti, u minflok infexx f’attakki fuq il-Prim Ministru.

Aqra aktar

Ebda pjan għall-isptar t’Għawdex ladarba jżarma l-ftehim mal-Vitals

“Kull min jisma’ dawn il-proposti, jgħid allerwieh”

Hekk qal Simon Busuttil dwar il-proposti tiegħu fil-qasam tas-saħħa…proposti li ma fihom assulutament xejn ġdid.

Tista’ ssejħilhom kompletament ikkopjati. Jekk hux servizz ta’ chemo b’xejn li diġà jingħata, sptar speċjalizzat lil min għandu problemi ta’ saħħa mentali li diġà se jinbena, jew inkella t-tkabbir tal-Addolorata u li jonora l-konvenji..ħaġa li diġà qed ssir.

Dwar l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, Busuttil qal li l-għan tiegħu mhux il-vijabilità. Jiġifieri Busuttil fil-Gvern, il-vijabilità tal-isptar tkun mhedda, u allura anke s-servizz lill-pazjenti. Il-kuntratt mal-Vitals reġa’ esprima r-rieda li jarmih, u miegħu jarmi l-potenzjal ta’ Għawdex bħala ċentru state of the art fil-qasam tas-saħħa.

Aqra aktar

Iwieġeb Keith Schembri

Busuttil għal darb’oħra qabad storja li diġà kienet ippublikata minn ċertu mezzi tax-xandir is-sena li għaddiet u għamel konferenza tal-aħbarijiet jitkellem dwarha. Qal dan fi stqarrija Keith Schembri, b’reazzjoni għall-konferenza tal-aħbarijiet organizzata minn Simon Busuttil b’urġenza wara d-dibattitu ta’ dalgħodu fl-Università ta’ Malta. Busuttil jinsab f’paniku sħiħ hekk kif iġġarfet il-politika ta’ firda tiegħu, qal Schembri. Din hija l-istqarrija li bagħat lill-mezzi tax-xandir.

Aqra aktar

Simon Busuttil iħalli l-Bormliżi jistennew

It-tmienja u kwart huwa l-ħin li s-soltu l-attività ta’ taħt it-tinda tal-Partit Nazzjonalista tkun intemmet.

Hekk ġara fl-ewwel ġimagħtejn ta’ din il-kampanja elettorali. Iżda, illum ma kienx il-każ. Dan għax lill-Bormliżi Simon Busuttil għażel li jħallihom jistennew u ma marx fil-ħin.

Anke jekk fuq it-tieni distrett għandu tlettax–il kandidat, Simon Busuttil baqa’ ma wasalx meta dawn tkellmu kollha kemm huma.

Tant li l-preżentatriċi reġgħet talbithom jitkellmu darba kull wieħed. Laħaq dalam u Simon Busuttil kien għadu lanqas beda jitkellem.

Lil tal-Kottonera, Simon Busuttil l-ewwel insulentahom u issa ħallihom jistennew.

L-ewwel li jagħmel Ministru Nazzjonalist u li jħassar il-ftehim mal-Vitals

 

Simon Busuttil qal li l-ewwel ħaġa li jagħmel Ministru ġdid Nazzjonalist hu li jwaqqaf il-ftehim ta’ Vitals fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Meta indirizza l-attività politika tal-Partit Nazzjonalista f’Għajnsielem Għawdex, qal li Gvern Nazzjonalista ‘se jerġa’ jieħu l-isptar f’idejh’.

Kompla billi kkritika l-kungress li l-Partit Laburista se jorganizza għada f’Għawdex u qal li dan il-Gvern m’għamel l-ebda proġett f”Għawdex.

Appella biex il-pubbliku jivvota lill-Partit Nazzjonalista , biex l-Partit Nazzjonalista jieħu riedni f’idejh.

Busuttil ineħħi l-ftehim mal-Vitals imma jibla’ kliemu dwar il-ħaddiema

Simon Busuttil bħala Prim Ministru jneħħi l-ftehim mal-Vitals li se jbiddel l-isptar t’Għawdex u jġibu wieħed state of the art.

Dan qalu ftit ilu f’Għawdex, fejn kien ikkonfrontat bil-fatt li l-Professur Albert Fenech, sa ftit ilu kandidat fuq il-lista tal-PN, ikkonferma li bil-ftehim mal-Vitals l-Għawdxin ikollhom servizz tas-saħħa eċċellenti.

Intant wara xhur ibeżża lill-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex li se jipperikolaw xogħolhom, Busuttil kellu jammetti li l-ħaddiema tal-Vitals se jkun qed iħallashom il-Gvern.

Baqa’ ma weġibx lanqas kemm irid idum jgħix bniedem b’Għawdex biex jieħu l-għaxart’elef. Qal biss li wieħed ma jistax jaqbad u jaqleb l-ID card fuq Għawdex u jieħu l-flus, imma lanqas m’hemm xi ammont minimu ta’ kemm trid iddum tgħix hemm biex tieħu dawn il-flus.

Intant Busuttil preżenta proposti bħal ngħidu aħna li jimmodernizza d-djar tal-anzjani f’Għawdex. Dan meta l-unika waħda li hemm qed tinbeda u bdiet tinbena minn Parit Laburista mill-Gvern.

Aqra aktar

ĦALLIEL, KORROTT JEW IT-TNEJN!?

Għandi mistoqsija li nixtieq nagħmilha lill-Imħallfin kollha, lill-Maġistrati kollha, u lill-avukati kollha.  Ovvjament ma nistennix tweġiba mill-Imħallfin, u lanqas mill-Maġistrati, għax dawn m’għandhomx jidħlu f’xi polemika, għalkemm hawn min ma jiddejjaq xejn jistedinhom jidħlu, sakemm, ovvjament, ikun jaqbel lilu.  Imma nistenna tweġiba mill-avukati.  Hu x’inhu l-kulur politiku tagħhom.  U, ovvjament, anke mingħand dawk l-avukati li m’għandhomx kulur politiku.  Għax jien m’inhix Simon Busuttil u nemmen li jew għandek wiċċek ‘blu’ jew wiċċek ‘aħmar’.

Aqra aktar

Send this to a friend