Ikel | One News

Notifiki

Residenti f’Kordin se jibdew jagħżlu x’se jieklu

Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, ħabbar li fil-ġimgħat li se jidħlu fis-seħħ għadd ta’ bidliet importanti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Ministru qal li lejn l-aħħar tax-xahar se tidħol fis-seħħ sistema ġdida tal-ikel fejn ir-residenti ser jkollhom l-opportunità li jagħżlu huma l-ikel minn menu li se jinbidel kuljum. Dan wara li ttieħdet id-deċiżjoni li l-ikel ma jibqax jissajjar fil-ħabs.Aqra aktar

BIL-FILMAT: L-Imdina tiġbor ikel minn madwar id-dinja

Daqs erba’ sekli u nofs ilu kienet belt Assedjata bin-nies imġewħa jistennew li kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid u llum il-belt is-siekta nbidlet f’festival internazzjonali tal-ikel.

Fi tmiem din il-ġimgħa fil-foss tal-Imdina qed jittella’ dan il-festival tal-ikel minn kull rokna tad-dinja.

Filfatt dan il-festival infetaħ mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aqra aktar

“Hemm bżonn li kaloriji żejda f’ikel popolari jonqsu”

Se jkunu qed jittieħdu miżuri biex jitnaqqsu l-kaloriji f’ikel popolari bħal pizza, burgers u ikel li jkun diġà lest – dan bħala parti mill-ħidma tal-gvern Ingliż biex jiġġieled kontra l-obeżità fit-tfal.

Uffiċjali mis-settur tas-saħħa qalu li jemmnu li din il-bidla hi waħda bżonnjużi dan hekk kif persuni qed jikkunsmaw 200 sa 300 kaloriji aktar milli sippost kuljum.

Aqra aktar

Iktar minn 100 platt minn 12-il pajjiż

It-tielet edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Ikel se jgib miegħu għażla ta’ platti minn 12-il pajjiż minn madwar id-dinja.

Dan il-festival, li jsir bejn nhar il-Ġimgħa u l-Ħadd li ġej fil-foss tal-Imdina wara s-sitta ta’ filgħaxija, b’kollox se jinkludi iktar minn 100 platt differenti. Ikel mill-Amerka, l-Ġermanja, l-Italja, Spanja, kċina Orjentali, Tajlandja, l-Indja, l-Greċja, l-Belġju, l-Gran Brittanja, il-Libanu, u ovvjament Malta. Aqra aktar

“Tieklux aktar laħam taż-żiemel” – Brigitte Bardot

Il-President tal-Fondazzjoni Brigitte Bardot, li hija fondazzjoni Franċiża li taħdem favur il-protezzjoni tal-annimali bagħtet ittra liċ-ċittadini Maltin.

F’din l-ittra appellat biex “anke jekk din se tkun sfida għalik, qed insaqsik minn qalbi biex tieqaf tiekol il-laħam taż-żiemel.”

Aqra aktar

Terz tal-ikel dinji jintrema; is-Soċjalisti u Demokratiċi bi proposti ġodda

Il-Parlament Ewropew approva proposti progressivi li tressqu mis-Soċjalisti u Demokratiċi, bl-għan li tnaqqas bin-nofs il-ħela tal-ikel sal-2030. Il-proposti jinkludu t-tneħħija ta’ restrizzjonijiet eżistenti fuq donazzjonijiet tal-ikel, tifsira aktar ċara dwar il-marki ‘best before’ u ‘use by’, u suq għal frott u ħxejjex li jintremew minħabba raġunijiet estetiċi.

Aqra aktar

Ikompli jitqassam l-ikel ffinanzjat mill-istat għal dawk l-aktar vulnerabbli

 

Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia għamel żjara fiċ-Ċentru LEAP! tal-Mosta fejn is-Sibt filgħodu kien għaddej it-tqassim tal-ikel ffinanzjat mill-istat għal dawk l-aktar vulnerabbli.

Il-Ministru Farrugia qal illi wara li s-sena l-oħra beda jitqassam l-ikel kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, il-qagħda finanzjarja eċċellenti tal-pajjiż ippermettiet li titnieda skema oħra ffinanzjata mill-istat.

Aqra aktar

Send this to a friend