IIP – Page 4 – One News

Notifiki

L-IIP bin-numri

It-tielet rapport tar-regolatur dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment mhux biss huwa xhieda tas-suċċess li qed ikollu dan il-programm, iżda wkoll tas-serjetà li l-programm ta’ pajjiżna jitmexxa bih. Ir-regolatur jagħmel dan ċar f’numru ta’ partijiet minn dan ir-rapport fejn fost oħrajn jistqarr:  “Dak li sibna f’dan ir-rapport huwa mhux biss huwa inkoraġġanti iżda indikazzjoni tas-suċċess enormi ta’ dan il-programm fi tletin xahar biss minn meta tnieda uffiċjalment.  Jirrifletti wkoll l-esperjenza li akkumultat fl-aħħar sentejn u nofs, kif ukoll id-diliġenza li biha l-proċess jitmexxa minn dawk kollha involuti.”

Aqra aktar

“IL-KRITIKA DARET”: issa m’għadhomx jikkritikaw l-IIP innifsu

  • Ir-rapport annwali tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment (IIP) se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fil-jiem li ġejjin.

Il-Ministru Owen Bonnici assigura lill-membru parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi li dan se jkun fih kif kull ċenteżmu li daħal mill-programm ġie mqassam, fid-diversi fondi skont kif kien tħabbar meta ġie varat il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment.

Il-maġġoranza tas-somma miġbura – €310 miljun sal-aħħar ta’ Settembru – marru fin-National Social and Development Fund waqt li persentagg marru fil-Fond Konsolidat.

Qabel, id-deputat kap tal-oppożizzjoni Mario de Marco talab lill-Ministru jikkonferma jekk bil-flus li daħlu sax imqar proġett wieħed. Il-Ministru qal li llum kulħadd qed jieħu l-affarijiet for granted għax permezz ta’ dan il-programm – l-uniku wieħed li għandu l-barka tal-Kummissjoni Ewropea – Malta kienet qed tibbenefika.

Aqra aktar

Iktar skrutinju b’rabta mal-IIP… se ssir stima tal-perit

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li wara taħdidiet ma’ Identity Malta, l-aġenti tal-proprjetà ġew mgħarrfa li issa mal-applikazzjoni ta’ min ikun irid isir ċittadin Malti taħt il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, irid ikun hemm stima minn perit f’każ ta’ xiri u f’każ ta’ kiri jkun hemm kopja tal-kuntratt. Aqra aktar

PN jerġa’ jipprova jxekkel l-IIP

Il-Programm ta’ Ċittadinanza b’ investiment li s’issa ġab lejn pajjiżna iktar minn mitejn miljun ewro, reġa’ fil-mira tal-Partit Nazzjonalista, li qed jerġa jipprova jitfa’ l-bsaten fir-roti.

Aqra aktar

Metsola taħrab dwar sħabha tal-IIP

Roberta Metsola, Membru tal-Parlament Ewropew, mingħaliha żgiċċat domanda dwar dawk fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li filli kienu kontra l-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, u filli qed iżommu fommhom sieket dwaru, għax jaqblilhom.

Aqra aktar

27 kumpanija u miljuni fi proprjetà: l-IIP iħalli l-frott

27 kumpanija infetħet f’Malta grazzi għall-Individual Investor Programme (IIP), skont l-informazzjoni li għandha Identity Malta.

Dawn il-kumpaniji nfetħu minn 23 applikant għall-Individual Investor Programme li waslu fl-istadju li jiddepożitaw l-ammonti rikjesti fl-IIP Account.

Dan ħareġ minn informazzjoni preżentata fil-Parlament illejla.

Aqra aktar

Oppożizzjoni li se tibqa’ kontra l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment

Huwa ċar li l-Oppożizzjoni se tkompli tinsisti fuq l-attitudni distruttiva li għażlet li tieħu sa mill-ewwel jum li tħabbar il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment.

Dan qalu l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fi stqarrija, b’reazzjoni għal konferenza tal-aħbarijiet li sejjaħ aktar kmieni l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami.

Interessanti li, wara sentejn tgħid li l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment huwa wieħed li “jaħbi” lil min jieħu sehem f’dan il-programm, l-Oppożizzjoni tiddentifika nies li tgħid li huma parti mill-programm.

Aqra aktar

Send this to a friend