IIP – Page 3 – One News

Notifiki

Dawra durella u inċertezza dwar l-IIP mill-PN

Il-Partit Nazzjonalista qed jibqa’ jdur minn pożizzjoni għall-oħra dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.

L-aħħar pożizzjoni hi dik li l-Partit Nazzjonalista issa m’għandux pożizzjoni, anke jekk qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali wiegħed li se jżomm il-programm.

Kien il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius, li ma’ The Malta Independent qal li l-Partit Nazzjonalista m’għandux pożizzjoni.

Aqra aktar

Ġew għall-IIP u spiċċaw jinvestu

Il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment tul dawn l-aħħar tliet snin u nofs ġibed lejh persuni tal-ogħla kalibru, li qed iħarsu lejn pajjiżna bħala post fejn jistgħu jinvestu. Ikkonferma dan Jonathan Cardona, il-Kap Eżekuttiv tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, li fil-programm Nistaqsu il-Ħamis filgħaxija ħares lejn uħud minn dawn. Aqra aktar

Bħal Simon Busuttil kontra l-IIP

Bħal Simon Busuttil, it-tliet kontestanti għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista huma kontra l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment li għandha Malta.  

F’intervista ma’ The Observer, Adrian Delia , Chris Said u Alex Perici Calascione għamluha ċara li bihom dan il-programm li attira lejn Malta nies ta’ talent u investiment ta’ miljuni kbar ta’ ewro jew jisparixxi jew ma jibqax kif inhu.

Fil-fatt, it-tliet kontestanti kien mistoqsija x’jagħmlu bil-programm taċ-ċittadinanza b’investiment jekk jinħatru Prim Ministri.

Aqra aktar

Busuttil mitlub dettalji dwar l-IIP; “mhux xogħli”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil qal li mhux xogħlu jgħid kif se jirrevedi l-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.

Għal snin twal Simon Busuttil tkellem kontra dan il-programm iżda issa qed jgħid li jżommu u jirrevedih. Dan anke għax hemm esponenti viċin il-Partit Nazzjonalista li qed jaqilgħu l-flus minnu.

Aqra aktar

Addio prinċipji dwar l-IIP!

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qiegħed itenni li ta’ tlieta ta’ Ġunju hi elezzjoni mibnija fuq il-prinċipji.

Iżda, x’inhuma l-prinċipji ta’ Simon Busuttil?

Għax anke fejn jgħid li għandu prinċipju dawn jinbidlu mil-lejl għan-nhar u ċ-ċittadinanza b’investiment hija eżempju minnhom.  

Kien jgħid li huwa programm kontra kull prinċipju li qatt ma seta jaċċetta, iżda issa donnu jrid iżommu.

Aqra aktar

“Simon Busuttil f’paniku malli nduna li Malta diġà daħħlet iktar minn €300 miljun mill-IIP”

Stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali tgħid li malli ġie ppubblikat ir-rapport tar-regolatur indipendenti li kkonferma kemm il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment qed iwassal għal suċċess bla preċedent f’pajjiżna, il-Kap tal-Oppożizzjoni nħakem minn disprament politiku.

Aqra aktar

Puttinu Cares l-aktar fondazzjoni li tibbenefika mill-programm ta’ ċittadinanza

Puttinu Cares kienet l-aktar fondazzjoni li bbenefikat minn 169-il għotja lill-għaqdiet filantropiċi jew organizazzjonijiet mhux governattivi Maltin li ngħataw minn meta daħal fis-seħħ il-programm ta’ċittadinanza b’investiment. It-total globali ta’ dawn l-għotjiet kien ta’ €1,438,100.

Fost l-organizazzjonijiet li bbenefikaw nsibu wkoll Angela House, Alive, Claris Foundation, Community Chest Fund, Dar tal-Providenza, Din l-art ħelwa u l-creche tal-Ursolini f’Tas-Sliema.
Aqra aktar

Grazzi għall-IIP, għaqdiet volontarji u filantropiċi jieħdu aktar minn MILJUN ewro

Minn meta daħal fis-seħħ il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, sal-aħħar ta’ Ottubru li għadda, saru 169-il għotja lill-għaqdiet filantropiċi jew organizazzjonijiet mhux governattivi Maltin, b’total globali ta’  €1,438,100.

Dawn huma għotjiet li saru minn min investa fil-programm u kiseb ċittadinanza Maltija. Ħabbar dan il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici waqt programm fuq l-istazzjon nazzjonali.

Aqra aktar

Send this to a friend