IIP – Page 2 – One News

ARA: Jitilgħu għal 600 l-għotjiet minn tal-IIP

Telgħu għal 600 d-donazzjonijiet minn applikanti tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment li fost l-impenn tagħhom li bħala ċittadini ġodda ta’ dan il-pajjiż jżommu rabta ma’ Malta hemm il-filantropija u l-għajnuna lil dak li jagħmilna Maltin.

Aqra aktar

ARA: Ħolma ta’ Puttinu pass eqreb li ssir realtà- proġett ta’ akkomodazzjoni f’Londra b’fondi mill-programm tal-IIP

Tħabbret sejħa għal offerti għall-proġett ta’ akkomodazzjoni fiċ-ċentru ta’ Londra għall-pazjenti u li se jiġi parzjalment finanzjat minn €6 miljun ġenerati mill-IIP.

Il-programm ta’ Investitur Individwali ta’ Malta se jkun katalist biex aktar pazjenti li jitilgħu għall-kura fl-isptar Great Ormond f’Londra jibdew jingħataw akkomodazzjoni b’xejn għalihom u għall- qrabathom. Matul l-aħħar 4 snin minn meta twaqqaf il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, applikanti minn jeddhom għażlu li jgħinu lil Puttinu permezz ta’ donazzjonijiet finanzjarji li jlaħħqu madwar €1 miljun. Flimkien mal-€5 miljun allokati mill-Fond għall-Iżvilupp Soċjali Nazzjonali (NDSF), kif imħabbar mill-Prim Ministru fil-festi tal-Ġimgħa l-Kbira li għaddiet, dawn il-fondi se jservu biex Puttinu Cares jikseb art fiċ-ċentru ta’ Londra bil-għan li joffri aktar spazju ta’ akkomodazzjoni biex il-familjari tal-pazjenti li jmorru għall-kura jkunu eqreb ta’ qrabathom u jagħtu s-sostenn meħtieġ.Aqra aktar

Malta tirrifjuta waħda minn kull erba’ applikazzjonijiet għal ċittadinanza b’investiment

Ċifri uffiċjali juru li mindu Malta nediet il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, 24% jew waħda minn kull erba’ applikazzjonijiet ġew irrifjutati.

Iċ-ċifri li mistennija jiġu ppubblikati fir-rapport annwali tal-Uffiċċju tar-Regolatur tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment li jkopru l-perjodu ta’ bejn l-aħħar ta’ Ġunju tas-sena li għaddiet u l-bidu tal-Lulju li għadda jiżvelaw li l-għadd ta’ applikazzjonijiet li ġew irrifjutati żdiedu b’mod konsiderevoli kull sena mindu tnieda l-programm erba’ snin ilu.Aqra aktar

Is-suċċess tal-IIP ma tistax tgħoddu

L-investiment permezz tal-migrazzjoni qed tikkrea għarfien ġdid fuq il-kummerċ, esperjenzi, ħiliet u fondi ġodda li qegħdin jikkontribwixxu fis-soċjeta tagħna billi joħolqu negozji u żieda fin-numru ta’ impjiegi fost oħrajn.

Aqra aktar

€50 MILJUN OĦRA GĦAL 500 DAR ĠDIDA TA’ HOUSING SOĊJALI

Il-Prim Minstru u Mexxej Laburista Joseph Muscat ħabbar investiment ta’ ħamsin miljun ewro oħra għall-bini ta’ madwar ħames mitt residenza ġdid ta’ housing soċjali għal min veru għandu bżonn.

Dan tħabbar mill-Prim Ministru, Joseph Muscat waqt li indirizza eluf kbar ta’ Maltin u Għawdxin f’mass meeting fi Pjazza Tritoni b’rabta maċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Ju mil-Ħaddiem.

Aqra aktar

Żvilupp bilanċjat li jġib in-nies flimkien

Waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi l-Prim Ministru saħaq li fiż-żmien qarib se tkun qed titħabbar l-idea għat-tip ta’ żvilupp f’Manoel Island.

Dan il-proġett  se jkun xempju ta’ proġett bilanċjat bejn l-interessi tal-iżviluppaturi u l-komunità tal-madwar qal il-Prim Ministru.

Joseph Muscat spjega kif kull ma jonqos huwa l-firem tal-partijiet konċernati fejn wara ħafna kontroversja mistenni jintlaħaq qbil finali bejn il-konsorzju MIDI u l-Kunsill Lokali Gżirjan fost l-oħrajn.

Tul l-indirizz tiegħu quddiem l-iżviluppaturi Maltin u Għawdxin il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-White Paper li se joħroġ il-Gvern dwar is-Suq tal-Kera.Aqra aktar

Mistennija proġetti oħra bi flus l-IIP

Il-poplu Malti u Għawdxi se jibda jibbenefika mill-investiment dirett li qed jinġieb lejn Malta permezz tal-Iskema ta’ Ċittadinanza b’Investiment. Il-gazzetta KullĦadd hi mgħarrfa li l-għotja ta’ €950,000 mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NSDF), sabiex jiġi mmodernizzat l-apparat mediku taż-żewg swali tal-catheterisation fi ħdan id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei, hija biss il-bidu minn katina ta’ investimenti li se jkunu qed isiru f’pajjiżna.

Permezz ta’ dan l-investiment se jkun assigurat li ’l fuq minn 3,000 pazjent fis-sena ser jiġu kkurati b’mod aktar effettiv u effiċjenti minn qabel. Dan għaliex permezz tat-tiġdid tal-apparat ser jiġu introdotti interventi ġodda li jnaqqsu ż-żmien li pazjent ikollu jqatta’ l-isptar mingħajr kumplikazzjoni ta’ infezzjonijiet. Barra minn hekk, anqas pazjenti se jkollhom bżonn jiġu riferuti għal ċertu trattament barra mill-pajjiz billi issa se jkunu jistgħu jsiru interventi f’Malta stess.

Aqra aktar

Send this to a friend