iffirmar – One News

Notifiki

16-il kors differenti fil-komunità se jgħallmuna ngħixu ħajja aħjar

Il-Gvern iffirma ftehim mal-organizzazzjoni volontarja ‘Home Economists in Action’, li se jkun mifrux fuq it-tliet snin li ġejjin. Din l-organizzazzjoni ttella’ bosta korsijiet fil-komunità bil-għan li jinħoloq għarfien li jippromwovi stili ta’ ħajja aħjar, ippjanar b’għaqal u tagħlim ta’ ħiliet.

Il-ftehim kien konkluż bejn il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, b’finanzjament ta’ €123,000 fuq perjodu ta’ tliet snin għal 16-il kors differenti.Aqra aktar

ARA: Malta tmexxi l-iffirmar ta’ dikjarazzjoni konġunta għal iżjed kooperazzjoni dwar teknoloġija DLT

Sitt pajjiżi tan-Naħa t’Isfel tal-Unjoni Ewropea ffirmaw dikjarazzjoni ta’ Malta dwar il-qasam tat-teknoloġija magħrufa bħala DLT, sabiex jikkoperaw flimkien dwar dan il-qasam diġitali.

Id-dikjarazzjoni ta’ Malta kienet xprutnata mis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, li fisser dan il-jum bħala wieħed storiku u importanti għal Malta.Aqra aktar

Ftehim li solva inġustizzji ta’ snin twal

L-aħbar li ġie ffirmat il-ħames ftehim Kollettiv tas-Servizz Pubbliku ma tistax ma ġġibx reazzjoni pożittiva fost dawk li jirrapreżentaw ħaddiema f’firxa sħiħa ta’ setturi. Qed nirreferu għall-unjins, li f’dan il-filmat tista’ tisma l-kummenti t’uħud mir-rappreżentanti tagħhom mumenti wara l-iffirmar tal-ftehim f’Kastilja.

Aqra aktar

Send this to a friend