identity malta | One News

Notifiki

Għoti ta’ ċertifikati lill-ħaddiema ta’ Identity Malta wara kors fl-Università dwar il-Liġi taċ-Ċivil

“Il-ħidma tal-Aġenzija Identity Malta li tagħraf il-potenzjal tal-ħaddiema tagħha u tinvesti fihom, jinkwadra tajjeb ferm mal-istrateġija tal-Gvern sabiex niżviluppaw mexxejja fiċ-ċivil, aktar milli amministraturi.”

Qalet dan is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli, waqt ċerimonja ta’ għoti ta’ ċertifikati lill-ħaddiema t’Identity Malta li temmew b’suċċess kors dwar il-prattika u l-aspetti legali tal-Liġi taċ-Ċivil.Aqra aktar

Jinħareġ l-400,000 passaport biometriku

Fil-jiem li għaddew l-Aġenzija Identity Malta ħarġet l-400,000 passaport lil ċittadini Maltin. Hu kkalkulat li sal-aħħar ta’ din is-sena kull passaport b’data valida jkun biometriku. Biex tfakkar dan il-mument sinifikanti, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli ppreżentat tifkira tal-okkażjoni lis-Sinjura Michelle Guisti li nzertat l-erba’ mitt elf persuna li applikat biex iġġedded jew tagħmel passaport ġdid.

Aqra aktar

L-ewwel karta tal-identità u passaport immarkat X f’Malta

L-Aġenzija Identity Malta ħarġet l-ewwel karta tal-identità u passaport bil-marka X.

Dan huwa żvilupp favur aktar ugwaljanza f’pajjiżna, li se jkun qed jagħmel id-differenza fil-ħajja ta’ ħafna nies.

Pajjiż li fih l-ugwaljanza hija pritjorità.

Dan il-pass favur aktar ugwaljanza u anqas diskriminazzjoni għamel lil pajjiżna it-tieni pajjiż fl-Unjoni Ewropea li jagħti l-marka ‘X’.  B’hekk il-Maltin issoktaw ikunu fost l-iktar ċittadini fid-dinja li għandhom drittijiet u libertajiet ċivili.

Din il-bidla kienet possibbli permezz tal-approvazzjoni tal-Kabinett tal-LGBTIQ Action Plan 2015.

L-istaff t’Identity Malta jirċievi taħriġ minn esperti barranin dwar l-identifikar ta’ każijiet ta’ traffikar uman

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli żaret sessjoni ta’ taħriġ li saret lill-Expatriates Unit fi ħdan Identity Malta minn esperti barranin, dwar kif jista’ jiġi identifikat u interċettat attentat ta’ traffikar uman.

Is-Segretarju Parlamentari spjegat li l-2018 hi sena importanti għax għall-ewwel darba f’pajjiżna se jkollna politika ċara u b’saħħitha b’messaġġ b’saħħtu u kollettiv kontra t-traffikar uman.

Is-Segretarju Parlamentari rringrazzjat lill-Kummissjoni Għolja Ingliża li għenet biex dan it-taħriġ ikun possibbli u fissret li ż-żewġ gvernijiet kommessi li jiġġieldu t-traffikar uman bis-saħħa.

Aqra aktar

Eżerċizzju ta’ tisħiħ tal-operat fi ħdan Identity Malta

Waqt żjara li għamlet f’sezzjonijiet differenti fi ħdan Identity Malta fil-Belt Valletta, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli faħħret l-impenn tal-impjegati fis-servizzi differenti offruti minn din l-entità.

Fost is-sezzjonijiet li żaret kien hemm dik tal-passaporti, is-sezzjoni taċ-ċittadinanza, ir-reġistru pubbliku, riċerki, u l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP).Aqra aktar

Identity Malta titlob lill-Pulizija tinvestiga wara li nstabu irċevuti mbagħbsa

Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanzi u Simplifikazzjoni ġie infurmat li Identity Malta talbet lill-pulizija tinvestiga allegat każ ta’ misappropjazzjoni ta’ fondi fil-Unit tal-Passaporti.
Jirriżulta li meta t-tmexxija ta’ Identity Malta temmet proċess ta’ rikonċiljazzjoni, li jinkludi analiżi tal-irċevuti kollha maħruġa mill-Unit, kontra t-transazzjonijiet tad-depositi bankarji, instab li kien hemm diskrepanza fil-figuri. Mill-ewwel indikazzjoni jidher li d-diskrepanza tammonta għal bejn €20,000 u €25,000.

Aqra aktar

“Fenech Adami jrid jaħbi l-kriżijiet reali ta’ madwaru”

 

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici irrefera għad-diskors li għamel id-deputat kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami fis-sessjoni Parlamentari tat-Tnejn, dwar dak li qed jara bħala “kriżi f’Identity Malta” u staqsa jekk din kinitx mossa biex jaħbi l-kriżijiet reali li jeżistu viċin tiegħu, viċin il-partit tiegħu u viċin il-leadership tal-partit.

Il-Ministru Bonnici qal li l-każijiet li rrfera għalihom Fenech Adami huma diġa’ riżolti.

Aqra aktar

Send this to a friend