iben – One News

Notifiki

QTIL ĦAMRUN: ILLUM SE JITRESSQU L-QORTI MISSIER U IBEN

B’rabta mal-qtil ta’ Brandon Pace, tal-Gallali, illum se jiġu imressqa l-Qorti b’akkużi ta’ qtil volontarju, missier u iben li kienu qed jinżammu arrestati.

Dan wara li llum l-iben, Kurt Grech magħruf bħala ‘tan-nemes’, ġie rilaxxat mill-isptar Mater Dei. Grech kien qed jinżamm l-isptar Mater Dei għall-kura wara li wkoll sofra xi ġrieħi waqt din il-ġlieda bi skieken u l-madum.

Aqra aktar

Il-mument meta omm u iben ġew attakkati

Omm u iben miż-Żimbabwe ġew attakkati waqt li kienu qed japplikaw għar-residenza fl-Afrika t’Isfel meta kienu f’Polokwane.

Filmat li ttieħed minn kamera tas-sigurtà mar virali fuq is-sit soċjali Facebook, fejn juri lil Jeanette van Vuuren flimkien mat-tifel tagħha Tony jiġġieldu ma’ żewġ aggressuri qrib pompa tal-petrol.

Aqra aktar

Missier akkużat bi vjolenza fuq ibnu

Missier ċaħad li ta daqqiet u hedded lill-ibnu ta’ tnax-il sena. Ir-raġel ta’ 36 sena li huwa ta’ dixxendenza Niġerjana, qed ikun akkużat li uża l-vjolenza u kkawża lill-ibnu biex jibża’ li jkun suġġett għall-vjolenza. Il-missier iżda wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh.

L-avukat tad-difiża qal li filwaqt li l-missier u l-iben kellhom kwistjonijiet ta’ kunflitt, il-missier ma kienx vjolenti lejn ibnu. Fil-Qorti ntqal li l-missier ma jaħdimx minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu u li likieku nżamm arrestat, mhux biss issir ħsara fuq saħħtu iżda wkoll tiżdied il-pressjoni fuq il-familja. Min-naħa tagħha, omm it-tfal ikkonfermat li qatt ma rat lill-missier ikun vjolenti lejn uliedu.

Aqra aktar

Aġġornat: Sar kuntatt… jirringrazzja lill-AAA

Is-Sur Keith Grima infurmana li sar kuntatt mal-familja (minn naħa tal-AAA) li adottat il-kelb u rringrazzja lill-AAA mhux biss għall-assistenza f’dan il-każ iżda wkoll għall-ħidma li l-AAA tgħamel mal-klieb abbandunati. Filwaqt li xtaq jiċċara li ma kienx hu li xtaq li l-appell li deher f’paġna fuq facebook, b’iktar minn 30,000 persuna membri fiha, jidher fuq one.com.mt  reġa’ ħa l-okkażjoni biex ifaħħar lill-AAA għall-ħidma bla waqfien.

“Nirringrazzja lil Alla tal-għajnuna tagħhom,” temm jikteb is-Sur Grima.

Aqra aktar

Send this to a friend