Ian Borg – Page 7 – One News

Notifiki

49 inġinier u inġiniera jingħataw il-‘warrant’

 

Il-Ministru Ian Borg ippreżenta l-warrant lil 49 inġinier u inġiniera. Hu saħaq dwar l-importanza ta’ din il-professjoni u l-bżonn li l-pajjiż għandu ta’ aktar nies f’din il-linja. Il-Ministru feraħ lill-inġiniera tas-suċċess tagħhom u awguralhom fil-karriera tagħhom.

Aqra aktar

ARA: Triq il-Wied Ħal Balzan se tinbena mill-ġdid

Triq il-Wied Ħal Balzan se tkun qieghda tinbena mill-gdid. It-triq ilha mitluqa fi stat perikoluż għal ħafna snin.

Dan tħabbar dalgħodu mill-Ministru għall-Infrasstrutura Ian Borg li spjega kif Triq il-Wied kienet l-iktar triq li kitbulu nies dwarha mhux biss residenti imma anki persuni li jgħaddu minnha.

Aqra aktar

Titnieda t-tielet edizzjoni tal-‘Malta Architect Awards’

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius nedew it-tielet edizzjoni tal-Malta Architect Awards, organizzati mill-kumpanija iMNG Ltd, bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-Awtorità tal-Ippjanar, liema kompetizzjoni tagħlaq fil-31 ta’ Lulju 2018.

Aqra aktar

L-Awditur Ġenerali jikkonferma li ma sar xejn ħażin mill-Ministru Borg dwar iċ-ċentru interpretattiv f’Ħad-Dingli

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika kkonferma li ma sar xejn ħażin mill-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg dwar il-proġett taċ-ċentru interpretattiv f’Ħad-Dingli.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Awditur qal li l-allegazzjonjiet prinċipali implikaw li l-Ministru Ian Borg, dak iż-żmien sindku ta’ Ħad-Dingli kellu xi interess personali f’dan il-proġett u li fondi Ewropej intużaw b’mod ħażin.

Madankollu, l-Awditur qal li din l-investigazzjoni ma sabitx evidenza li tikkorrabora l-allegazzjonijiet ta’ kollużjoni u ta’ użu ħażin tal-fondi Ewropej minn uffiċjali pubbliċi, inkluż minn Ian Borg waqt l-ippjanar, l-iżvilupp u l-operat taċ-ċentru interpretattiv f’Ħad-Dingli.Aqra aktar

ARA: Is-Central Link Project spjegat fid-dettall

Fil-jiem li għaddew tħabbar is-Central Link Project, proġett b’investiment ta’ ħamsa u ħamsin miljun ewro, li mistenni jibel għal kollox il-mod kif dak li jkun jasal minn hawnhekk fl-Imrieħel, għal postijiet oħra bħal Birkirkara, Ħ’Attard, il-Mosta u r-Rabat.

Is-Central Link Project se jkun qed jaffettwa lil iktar minn tletin elf karozza li ta’ kuljum jgħaddu mill-inħawi ta’ bejn il-bypass tal-Imrieħel u r-roundabout tat-telgħa tas-Saqqaja.

ONE News żar il-punti kollha li se jinbidlu grazzi għal dan il-proġett. SHOTS TAD-DRONE FOOTAGE UFFIĊJALI TAL-MINISTERU

Il-proġett kollu jibda hawnhekk.. bit-tneħħija tat-traffic lights magħrufa aħjar bħala ta’ biswit l-MFSA.. dan ifisser li min ikun ġej minn naħa ta’ Birkirkara u Santa Venera, jew inkella mill-Bypass tal-Imrieħel, daqshekk se jistenna fit-traffic lights, iżda se jsib toroq apposta li se jeħduħ fejn ikun jixtieq imur.

Minn biswit l-MFSA, ix-xogħolijiet se jkomplu għaddejin fid-direzzjoni taż-żona ta’ San Anton. MFSA SHOT1

Hawnhekk ukoll, it-traffic lights se jkunu qed jitneħħew għal kollox.

Il-proġett se jkompli hawnhekk, bit-tneħħija tat-traffic lights li hawn warajja, it-traffic lights taż-żona ta’ San Anton.. dan ifisser li min se jkun tiela jew nieżel minn din it-triq, daqshekk se jiltaqa ma’ lights.

Għal dawk li jkunu jridu jinżlu għal ħdejn San Anton, se ssir triq apposta li ddur mal-lokalità fil-forma ta’ ring road.

Dawk kollha li jiddeċiedu li jimxu, jew jużaw ir-rota, se jkollhom il-possibilta li jaqsmu minn naħa għall-oħra tat-triq permezz ta’ pont li se jinbena.

Il-proġett kollu se jkun qiegħed iwessa’ t-toroq kollha, bl-iktar żona affettwata se tkun dik ta’ San Anton, hekk kif minn erba karreġġjati, se ssir b’sitta.

Iż-żoni l-oħrajn fejn hemm żewġ karreġġjati, se jsiru b’erbgħa.

L-uniku triq fir-rotta kollha li se tibqa b’karreġġjata waħda, tinsab ftit ‘l fuq.

Mill-proġett kollu kemm hu, it-triq li ninsabu fiha aħna, din li qed taraw warajja, hija l-unika waħda li se tibqa b’karreġġjata waħda, jiġifieri b’one lane.. madanakollu din se tkun qed tintuża biss minn dawk ir-residenti li se jużawha biex jidħlu f’Ħ’Attard.

Il-proġett b’kollox mistenni jirriġenera u jirristruttura xejn anqas minn tlettax-il junction, u jelimina tliet sistemi ta’ traffic lights.

Tul ir-rotta kollha kemm hi se jkunu qed jinqalgħu u jsiru mill-ġdid iktar minn seba kilometri ta’ toroq ġodda, u żewġ kilometri oħra ta’ toroq għar-roti.

Se jkunu qed isiru iktar minn dsatax-il elf metru kwadru ta’ tisbiħ, bħal tħawwil ta’ siġar u fjuri f’roundabouts u fil-ġenb tat-toroq.

B’kollox, il-proġett se jkun qed inaqqas l-emissjonijiet bi tlettax fil-mija, u l-ħin biex wieħed jasal minn post għall-ieħor bin-nofs.

Wara li jgħaddi l-perjodu ta’ procurement, ix-xogħol fuq dan kollu mistenni jkun lest fi żmien sentejn.

Il-proġett jasal fi tmiemu fir-roundabout ta’ biswit is-saqqaja.

Hawnhekk huwa fejn se jintemm dan il-proġett.. biswit ir-roundabout tat-telgħa tas-Saqqaja, roundabout li se tiġi riġenerata u ristrutturata kollha kemm hi.. dan b’tali mod li jekk inti toħroġ minn ħruġ li jkun imiss ma’ ħruġ ieħor, issa daqshekk se tuża r-roundabout, iżda se ssir triq li tieħdok fil-ħruġ li għandek bżonn.

51 student u studenta jiggradwaw mill-Istitut għal-Liġi Marittima Internazzjonali

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela attendew d-29 ċerimonja annwali tal-gradwazzjoni tal-Istitut għal-Liġi Marittima Internazzjonali. Waqt iċ-ċerimonja, 42 student minn 34 pajjiż differenti ngħataw lawrja ta’ Master of Laws (LL.M.) fil-Liġi Marittima Internazzjonali, 7 studenti minn 7 pajjiżi differenti ngħataw lawrja ta’ Master of Humanities (M.Hum.) fil-leġiżlazzjoni Marittima Internazzjonali, u 2 studenti ngħataw Diploma Avvanzata fil-Liġi Marittima Internazzjonali. Tlieta mill-gradwati huma Maltin.

Aqra aktar

Il-Ministru Ian Borg jattendi l-kunsill tat-Trasport fil-Lussemburgu – diversi proposti diskussi

Waqt il-Kunsill tat-Trasport li ttella’ fil-Lussemburgu fis-7 ta’ Ġunju taħt il-Presidenza Bulgara, numru kbir ta’ proposti leġislattivi ġew diskussi mill-Ministri għat-Trasport. Filwaqt li fir-rigward ta’ uħud minn dawn il-proposti ntlaħaq ftehim suffiċjenti biex wassal għal adozzjoni ta’ approċċ ġenerali, oħrajn se jirrikjedu aktar diskussjonijiet fi gruppi ta’ ħidma, u fil-każ ta’ dawn, il-Ministri ngħataw rapport tal-progress.

Aqra aktar

Il-Ministru Ian Borg jattendi ‘Posidonia’ – esibizzjoni internazzjonali tat-tbaħħir fil-Greċja

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg jinsab fil-Greċja fejn qed jattendi għall-esibizzjoni internazzjonali tat-tbaħħir, Posidonia. Posidonia, li ttellgħet għall-ewwel darba fl-1969, ilha żmien twil stabbilita bħala waħda mill-avvenimenti ewlenin fil-kalendarju tal-industrija tat-tbaħħir u tittellgħa fuq skeda biennali. L-esibizzjoni sservi ta’ pjattaforma li tesponi sidien tal-bastimenti minn madwar id-dinja għall-aktar żviluppi riċenti fl-industrija tat-tbaħħir u tagħtihom aċċess dirett għal dak kollu disponibbli fis-suq globali tat-tbaħħir. Posidonia tiġi organizzata mill-Ministeru Grieg għall-Affarijiet Marittimi u l-Politika Insulari, il-Union of Greek Ship owners u l-Hellenic Chamber of Shipping bl-appoġġ tal-Muniċipalità ta’ Piraeus u tal-Greek Shipping Cooperation Committee.

Aqra aktar

Xogħlijiet infrastrutturali fil-Buskett

Il-ministru Ian Borg ħabbar li mistenni jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-toroq tal-masġar tal-Buskett. Permezz tal-profil tiegħu fuq Facebook, Il-Ministru qal li fil-passat kienet il-prassi sabiex fil-jiem ta’ qabel l-Imnarja jintbagħtu numru ta’ ħaddiema sabiex jimlew il-ħofor tat-triq bil-qatran u b’xi romblu żgħir. Traqqiegħ li kien iservi biss għal ftit jiem u wara kien iħalli impatt negattiv fuq l-ekoloġija tal-masġar hekk kif bis-sħana l-qatran kien jinxtered lill-hinn mill-ħofor.

borg tenna li dawn it-tip ta’ xogħlijet m’humiex aktar aċċettabbli u reġa tenna l-impenn tal-Gvern li Malta jkollha l-infrastruttura li jixirqilha.
Aqra aktar

Send this to a friend