Ian Borg – Page 5 – One News

Notifiki

ARA: Il-Ministru Ian Borg iżur il-proġett infrastrutturali fi Triq tal-Balal

Miexi b’mod avvanzat ix-xogħol fit-Triq tal-Balal f’San Ġwann, b’tul ta’ 1.8km.

Triq mill-aktar traffikuża li tgħaqqad l-inħawi tan-Naxxar, il-Għargħur u l-Iklin ma’ San Ġwann u mal-inħawi viċini li jiġbdu ħafna traffiku lejhom ta’ kuljum.

B’kollox ta’ kuljum din it-triq tintuża minn aktar minn 2,100 karozza fis-siegħa fil-ħinijiet ta’ filgħodu u filgħaxija.Aqra aktar

46 inġinier jiksbu l-warrant

46 inġinier ingħataw il-warrant biex ikunu jistgħu jipprattikaw il-professjoni tagħhom. F’ċerimonja qasira, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg awgura lil dawn l-inġiniera tal-ħidma tagħhom, u spjega kif l-iżvilupp b’saħħtu li għaddej minnu pajjiżna jfisser il-bżonn ta’ professjonisti u inġiniera ta’ kwalità. Aqra aktar

Jinfetħu karreġġjati ġodda fi Triq Aldo Moro

Ikompli javvanza il-MarsaJunctionProject fejn Infrastructure Malta fetħet il-karreġġjata ġdida tan-nofsinhar fi Triq Aldo Moro.

Din tikkonsisti b’4 korsiji fid-direzzjoni mill-Belt Valletta lejn Raħal Ġdid.

Il-Ministru Ian Borg ħabbar li dalwaqt titlesta wkoll il-karreġġjata opposta, b’6 korsiji lejn il-Belt Valletta u Santa Venera, u korsija wkoll għar-roti.

B’hekk ikun imiss il-bini tas-7 flyovers li ser jieħdu post it-‘traffic lights’ tal-Addolorata.

X’jaħsbu x-xufiera dwar is-servizz tat-trasport pubbliku?

Ix-xufiera ta’ Malta Public Transport laqgħu lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg fl-istabbiliment tagħhom fil-venda ewlenija tal-Belt Valletta, fejn b’mod informali qasmu xi ħsibijiet li għandhom fuq kif wieħed jista’ jkompli jtejjeb l-operat ta’ dan is-servizz.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Nifs ġdid għall-ewwel playing field f’Malta

“Fond li qed iwassal benefiċċji kbar lill-komunitajiet Maltin u Għawdxin”, ħabbar il-Ministru Ian Borg fl-okkażjoni tal-iffirmar ta’ ftehim bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Kunsill Lokali tal-Furjana. Dan il-ftehim se jwassal biex tingħata ħajja ġdida lil Ġnien ir-Re Ġorġ V permezz ta’ madwar €400,000 mid-Development Planning Fund tal-istess kunsill lokali.
Aqra aktar

Il-baġit se jkompli jtejjeb l-infrastruttura

Fost il-166 miżura fil-baġit għas-sena d-dieħla, hemm uħud li se jkomplu jtejbu l-infrastruttura tal-pajjiż.

Fi Triq il-Kunvent f’Ħaż-Żabbar, waħda mit-toroq li tlestiet dan l-aħħar bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg tkellem dwar il-miżuri li se jkomplu jindirizzaw l-isfidi fit-toroq Maltin u Għawdxin. Aqra aktar

Send this to a friend