Ian Borg – Page 17 – One News

Notifiki

It-titjib fil-ħajja taċ-ċittadini Ewropej prijorità matul il-Presidenza

Malta qed tagħmel dak kollu possibli sabiex il-Presidenza tkun waħda ta’ suċċess, filfatt il-Programm Nazzjonali issa jinsab fl-istadju ta’ finalizazzjoni. Ix-xogħol leġislattiv li jista’ b’mod konkret iwassal għal titjib fil-ħajja taċ-ċittadini ewropej ser ikun wieħed mill-aspetti l-aktar kruċjali li se jwassal għas-suċċess tal-Presidenza Maltija
Aqra aktar

€3,000,000 f’fondi Ewropej għal aktar proġetti f’pajjiżna

Pajjiżna kellhu l-ogħla rata ta’assorbiment fost il-membri stati kollha tal-UE, b’98.7%, minn fondi Ewropej magħrufa bħala fondi Norveġiżi li kienu allokati bejn 2004-2009. Dan qalu is-Segretarju Parlamentari Ian Borg waqt li kien qed iżur xogħolijiet fuq il-proġett favur il-konservazzjoni tal-ilma fiż-żona tan-Nigret, ir-Rabat Malta li qed isir permezz ta’ dawn il-fondi. Proġett li se jiswa €1.5M u li mistenni jkun lest f’April tal-2017.

Aqra aktar

Malta u l-Italja se jiċċelebraw flimkien

Is-Segretarju Parlmentari Ian Borg u s-Segretarju tal-Istat Taljan għall-Affarijiet Ewropej Sandro Gozi tkellmu dwar il-klima politika Ewropea u iddiskutew il-preparamenti għas-60 sena mit-Trattat ta’ Ruma.

F’laqgħa dalgħodu, Gozi qal li dan l-anniversarju se jkun qed jiġri waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi u dak Malti Joseph Muscat se jkunu qed jospitaw avveniment flimkien.

It-Trattat ta’ Ruma huwa dak it-trattat uffiċjali li permezz tiegħu ġiet stabbilita l-Komunità Ekonomika Ewropea. Kien iffirmat nhar il-25 ta’ Marzu 1957 mill-Belġju, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, u l-Ġermanja tal-Punent.

Aqra aktar

X’differenza minn sempliċi roundabout!

Fl-aħħar snin, kważi ma sarx proġett wieħed fir-Rabat li ma kienx imxekkel minn sejbiet arkeoloġiċi. L-istess ġara  bil-bini taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Konservazzjoni tal-ilma, li se jwassal ukoll għar-rigenerazzjoni taż-żona tan-Nigret fir-Rabat.

Sa fl-aħħar, wara li nbidlu l-pjanijiet minħabba sejba storika, ix-xogħlijiet fuq il-parti t’ isfel taċ-ċentru qabdu ritmu tajjeb. L-aċċess għal dan iċ-ċentru se jkun miż-żona tal-binjiet tal-gvern u ser joffri żona ta’ rikreazzjoni għar-residenti tal-istess bini.

Aqra aktar

Ian Borg: “Imnalla ndunajt!”

“Għal bidu kont maħsud mhux ħazin, iżda meta tkun taf li kull ġurnata tista’ tigrava l-kundizzjoni, ma tħallilekx għazla għajr li titlob li jsir intervent fl-iqsar zmien.”

Kliem li tenna s-Segretarju Parlamentari Ian Borg.

Aqra aktar

“Malta bl-ikbar sfida diplomatika fl-aħħar 12-il sena”

Il-Presidenza Maltija se tkun l-ikbar sfida diplomatika li pajjiżna se jkun qed jaffaċja, minn meta ssieħeb fl-Unjoni Ewropea, sfida li Malta se tkun qed tidħol għaliha b’mod preparat. Stqarr dan is-Segretarju Parlamentari Ian Borg waqt li kin qed jindirizza briefing għall-ambaxxaturi bilaterali tal-membri stati għal pajjiżna. Aqra aktar

Operazzjonijiet ta’ ritorn ta’ immigranti se jitwettqu aħjar

Il-Korp tal-Pulizija kiseb Fondi Ewropej li se jgħinuh issaħħaħ il-ħidma f’operazzjonijiet fejn persuni jkollhom jirritornaw lura pajjiżhom.

Is-Segretarju Parlamentaru għall-Fondi Ewropej, Ian Borg, stqarr li l-flus mill-Fond għall-Ażil se jissarfu biex l-operazzjonijiet ta’ ritorn ikunu jistgħu jitwettqu aħjar. L-aħbar intlaqgħet ukoll b’sodisfazzjoni mill-Ministru tal-Intern Carmelo Abela.

Aqra aktar

Mixja mal-crafts village

Fl-aħħar jiem tħabbar li nkisbu l-fondi ewropej biex isir il-proġett maħsub għall-crafts village. Proġett li ilu mistenni snin twal u li kien hemm mumenti fejn kulħadd qata’ qalbu li xi darba jsir. Illum kollox qed jidher iktar possibbli kif stqarrew is-sidien tan-negozji nfushom li tkellmu ma’ Dinah Seguna f’dan is-servizz dettaljat li huwa mixja mal-crafts village u l-istorja tiegħu.

Aqra aktar

Send this to a friend