ħwienet | One News

Notifiki

Ikkundannata l-ħabs wara li nqabdet tisraq minn diversi ħwienet tal-ħwejjeġ

Michelle Wilson ta’ 46 sena minn Ħaż-Żabbar ġiet ikkundannata ħames xhur ħabs wara li wieġbet ħatja li serqet xi ħwejjeġ minn diversi stabbilimenti.

Hija kienet mixlija mill-Ispetturi Priscilla Caruana Lee u Jeffrey Scicluna, li bejn Settembru u dan ix-xahar serqet ħwejjeġ u oġġetti oħra mill-istabbilimenti Pull and Bear, Bershka, New Look, u Kiabi, bl-intenzjoni li tbigħhom. Jidher ukoll li Wilson wettqet ir-reati waqt li kienet fuq probation.Aqra aktar

Tonqos il-prostituzzjoni fit-toroq, jiżdiedu l-ħwienet

Fl-aħħar snin kien hawn tnaqqis sostanzjali b’rabta ma’ tlajjar fit-toroq għal fini ta’ prostituzzjoni, iżda żdiedu l-ħwienet reklamati bħala tal-massaġġi li però joffru servizzi sesswali.

Fl-aħħar xhur tressqu diversi persuni akkużati bi prostituzzjoni fosthom sidien ta’ ħwienet u anke ħaddiema. Bid-domanda għal dawn it-tip ta’ servizzi sesswali tibqa’ waħda pjuttost għolja.

Dwar dan il-fenomenu tkellimna mal-Ispettur John Spiteri mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji li hu l-investigatur ewlieni ta dawn it-tip ta reati.Aqra aktar

Ġieli rajthom jarmaw bl-oġġetti mal-front ta’ Buġibba jew il-Qawra?

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela Matul spejga fil-Parlament li tul is-sena 2016, kien hemm tnax-il każ fejn il-Pulizija sabu persuni li qed jarmaw mingħajr permess f’Buġibba u l-Qawra.

Dawn kienu qed jarmaw b’oġġetti fuq il-front – xena li sirna narawha ta’ spiss.

Il-Ministru spjega li l-permessi għal dan it-tip ta’ negozju huma maħruga mit-Trading Licences Unit. F’kull każ fejn matul din is-sena instabu li persuni ħadmu mingħajr permess, inħarrgu it-taħrikiet meħtieġa.

RIFORMA FIL-ĦINIJIET TAL-FTUĦ TAL-ĦWIENET

  • Ħwienet li riedu jiftħu il-Ħadd u minħabba kif kienet il-liġi, ma setgħux, se jkunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr ħtieġa ta’ ħlas addizzjonali.
  • Il-ħwienet kollha li bħalissa mhumiex permessi li jiftħu nhar ta’ Ħadd se jkunu jistgħu jagħmlu dan bejn is-06:00 ta’ filgħodu u l-17:00 diment li jibqgħu magħluqa f’jum ieħor magħżul minnhom li jiġi kkomunikat lid-Dipartiment tal-Kummerċ.
  • Aktar flessibilità u tissaħħah il-work-life balance tal-ħaddiema kif qed jitlob is-suq tax-xogħol.

Dawn huma biss tliet bidliet imħabbra fir-rifroma fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet, li se twassal għal diversi opportunitajiet, kemm għas-sidien tan-negozji, kemm għall-ħaddiema, kif ukoll għall-konsumaturi.

Aqra aktar

Marks & Spencer se jagħlqu madwar 60 ħanut fil-ħames snin li ġejjin

Il-kumpanija Marks & Spencer ħabbret li se tagħlaq madwar 60 ħanut matul il-ħames snin li ġejjin, fi sforz biex in-negozju jirpilja.

Il-kap Steve Rowe, li beda l-karriera tiegħu bħala ħaddiem ta’ nhar ta’ Sibt f’maħżen tal-istess ditta fis-snin tmenin, kien diġa’ wissa li kien se jkollhom jittieħdu deċiżjonijiet iebsa.

Il-bidliet ifissru li 30 ħanut se jagħlaq kompletament fir-Renju Unit u 45 ħanut ieħor se jiċkien jew jinbidel fl-istruttura tiegħu. Fost oħrajn il-kumpanija qed tipprova tagħmel qliegħ mid-ditta tal-ikel “Simply”.

Aqra aktar

Send this to a friend