ħuta – One News

Notifiki

Il-ħuta nazzjonali lura fil-magħluq

Wara erbgħa snin ta’ konservazzjoni fiċ-ċentru nazzjonali tal-akwakultura fit-Torri ta’ San Luċjan f’Marsaxlokk, il-Ġimgħa filgħodu beda’ l-proċess li bih il-ħuta nazzjonali l-Bużaqq, bdiet titpoġġa lura fl-abitat tagħha ġewwa l-Magħluq f’Wied il-Għajn.Aqra aktar

Tigdem gdim li ma jinħassx

Xjentisti minn Liverpool School of Tropical Medicine u l-Università ta’ Queensland għadhom kif solvew misteru ta’ kif ħuta bi snien ipuntati tigdem gidma gidma li ma tinħassx.

Ir-riċerkaturi saru jafu li l-ħuta ċkejkna li tissejjaħ, fang-blenny,  għandha tip ta’ valenu li jelimina l-kimiċi tal-uġiegħ u għalekk meta tigdem, min ikun il-vittma tagħha ma jħossx il-gidma.

Aqra aktar

Aktar ħut aljen f’Malta

Iktar ħut aljen qed jiffrekwenta l-ibħra territorjali Maltin, bl-aħħar skoperta tkun dik tal-ħuta Niger Hind, speċi li qatt ma dehret fl-ibħra Mediterranji, u normalment tghix fil-Lvant tal-Atlantiku u f’partijiet tal-Afrika. Immedjatament beda l-istudju fuq din l-ispeċi, kif spjegat aħjar il-Kap tal-grupp għall-konservazzjoni biloġika u tar-riċerka fl-Universita ta’ Malta, Adriana Vella.

“Din il-ħuta hija mhux biss ġdida għal Malta iżda anke għall-Mediterran kollu. Bħala grupp ta’ konservazzjoni, ilna naħdmu f’dan il-qasam u s’issa skoprejna sitt ħut aljeni ġodda bl-ibħra tagħna”. 

Aqra aktar

Ħuta li qed tinvadi l-Mediterran

Dik magħrufa bħala  Lion Fish qed tkompli tinfirex mal-Mediterran b’mod li jħasseb lir-riċerkaturi dwar il-baħar Mediterran u l-ibħra Maltin, fost l-oħrajn.

Fl-aħħar jiem ir-riċerkatriċi Adriana  Vella qalet li hemm allarm  fi  Sqallija u  t-Tuneżija wara rapport ta’ din il-ħuta.

Ir-riċerkatriċi  Vella spjegat li din il-ħuta hija ta’ tħassib għaliex hija waħda li tinvadi.

“F’postijiet bħal Ċipru, din inferxet malajr.  Hija predatur opportunist li jibqa’ jikkaċċja lill-priża tiegħu anke meta din tonqos  n-numru, b’detriment għall-ispeċi. F’postijiet bħall-Atlantiku, din ma għandha l-ebda predatur bil-konsegwenzi li issa infirxet bla kontroll.  L-istess jista’ jiġri fil-Mediterran” kompliet tirrimarka  Vella li hi parti minn grupp ta’ riċerkaturi Maltin.

Aqra aktar

Send this to a friend