housing | One News

Notifiki

Dar għal dawk bi problemi psikjatriċi f’Għawdex

Il-Ministeru għall-Għawdex flimkien mal-Awtorità tad-Djar issiġillaw ftehim biex l-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali f’Għawdex tiftaħ l-ewwel dar fil-komunità għal nies bi problemi ta’ saħħa mentali f’Għawdex.

Din id-dar li se tkun fl-Għarb mistennija toffri bosta servizzi fosthom dak ta’ riabilitazzjoni f’ambjent ta’ komunità.

Il-Ministru Justyne Caruana qalet: illum qegħdin inħabbru proġett ġdid ta’ dar fil-komunità li se tkun ddedikata għas-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità fejn ħa nkunu qegħdin noffru ċentru għal kriżijiet li jinħolqu minn żmien għal żmien kif ukoll bħala respite u servizzi għal matul il-jum u wkoll fejn anka jkun hemm post biex il-persuni jiltaqgħu, jissoċjalizzaw u jitgħallmu mingħand xulxin”

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li bħalma ġara f’Malta fejn ġew żviluppati numru ta’ djar b’housing speċjalizzat l-istess ġara f’Għawdex f’residenza li kienet meqjusa bħala kbira wisq sabiex tinagħta lil benefiċċarju wieħed.

Galdes tenna: “aħna commited li anke mhux biss kif għamilna Malta imma wkoll Għawdex inkomplu nsaħħu dawn is-servizzi u naħdmu id f’id mal-NGOS li qed joffru servizz importanti għall-iżvilupp soċjali u ngħinuhom ukoll permezz tal-akkomodazzjoni soċjali.”

Il-President tal-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali f’Għawdex qalet wara disa’ snin mit-twaqqif tagħha, il-ħolma tal-Assoċjazzjoni saret realtà permezz ta’ dan il-ftehim li se jkompli jkattar l-għarfien u jagħti aktar indipendenza lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.

Min-naħa tiegħu il-Kap Eżekuttiv tal-awtorità tad-djar Leonid Mackay qal li hu ta’ sodisfazzjon li permezz ta’ proprjetà li daħlet mill-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, skema li  tinkoraġġixxi sidien ta’ proprjetà residenzjali vojta u privata biex jikruha lill-Awtorità tad-Djar se jkun qiegħed jitwettaq dan il-proġett innovattiv.

Sostna li ċ-ċavetta ta’ din id-dar se tiftaħ bibien ġodda lil persuni li se jkunu qegħdin jirċievu s-servizz li jeħtieġu qalb il-komunità.

Proġett ta’ tisbieħ f’30 Housing Estate b’investiment ta’ €150,000

Il-Gvern nieda proġett ta’ tisbieħ fi 30 qasam tad-djar tal-gvern fosthom fil-Ħamrun, il-Floriana, is-Siġġiewi u ta’ Xbiex.

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju parlamentari għall-akkomodazzjoni soċjali Roderick Galdes qal li x-xogħol ta’ manutenzjoni se jsir b’investiment ta’ mija u ħamsin elf ewro. Qal li dan l-investiment li se jibbenefikaw minnu 220 familja li jgħixu f’dawn l-oqsma tad-djar.   Aqra aktar

L-MDA bi proposti għal housing affordabbli

Kumitat tekniku tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, l-MDA, ippreżenta sett ta’ proposti lill-Ministru Ian Borg u lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius, bl-iskop li iktar nies li ma jikkwalifikawx għal housing soċjali jkunu jistgħu jsiru sidien ta’ djarhom.Aqra aktar

Manutenzjoni fi 30 blokka f’9 lokalitajiet

Ir-residenti ta’ tletin blokka f’disa’ lokalitajiet se jkunu fiċ-ċentru ta’ skema mnedija dalgħodu li permezz tagħha se jiddeċiedu x’manutenzjoni hemm bżonn li ssir fil-bini li jgħixu fih.

Mitejn familja minn Bormla, Ħal Għaxaq, Siġġiewi, Ħal Qormi, Isla, Ħal Kirkop, Rabat, Birżebbuġa u Imtarfa se jibbenefikaw minn din l-iskema.

Aqra aktar

ARA: Kap negattiv kontra kull proġett soċjali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia huwa kontra kull proġett soċjali li qiegħed jagħmel il-Gvern.

Intervistat fuq Radio 101, Delia għal darb’oħra reġa’ attakka lill-Gvern u lill-Prim Ministru Joseph Muscat, għad-donazzjoni ta’ ħames miljun ewro lill-Puttinu Cares mill-Fond ta’ Ċittadinanza b’Investiment.

Aqra aktar

Il-PL jakkuża lil Delia li jparla biss

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista m’għandux limitu f’dak li huwa opportuniżmu politiku. “Jumejn wara li l-kelliem tal-PN dwar il-housing kien fuq TVM, fejn anke rrikonoxxa x-xogħol li qed isir mill-persuni responsabbli politikament minn dan is-settur, issa ħareġ stqarrija biex jattakka lill-istess persuni li ħadu l-passi meħtieġa quddiem allegazzjoni li waslet għandu. Din hi s-serjetà fit-tmexxija,” qal il-Partit Laburista.Aqra aktar

Send this to a friend