Hong Kong – Page 2 – One News

Notifiki

FILMAT: Ħsara f’escalator twassal biex tmintax-il persuna jindarbu

Inċident mhux mistenni kien dak li jidher f’dan il-filmat. Dan hekk kif escalator f’stabbiliment kummerċjali f’Hong Kong awtomatikament biddel id-direzzjoni li kien sejjer fiha. Inċident li wassal biex tmintax-il persuna tweġġa’ hekk kif il-bidla fid-direzzjoni ħolqot paniku sħiħ.

Filfatt, f’dan il-filmat CCTV jidher il-mument li fih il-passiġġieri li kienu qed jagħmlu użu minn dan l-escalator jaqaw kollha fuq xulxin.

Aqra aktar

Tinħatar l-ewwel mara li se tmexxi Hong Kong

Carrie Lam inħatret bħala l-mexxejja l-ġdida ta’ kumitat amministrattiv li jmexxi l-istat semi-awtonomu ta’ Hong Kong.

Hong Kong li jirrispondi direttament il-Gvern Ċiniż ibbażat fil-kapitali Beijing se jkollu għall-ewwel darba mara tmexxih.

Carrie Lam kienet mistennija li tiġi eletta wara li kellha l-appoġġ sħiħ mill-Gvern Ċiniż.

Aqra aktar

Min hu minn Ħong Kong u jitlob l-indipendenza miċ-Ċina, aħjar joqgħod attent

Iċ-Ċina wissiet li kull min qed iħabrek għall-indipendenza ta’ Ħong Kong jistgħu jittieħdu passi kontrih.

Dan il-messaġġ wasal wara li attivisti żgħażagħ favur id-demokrazija rebħu siġġijiet fil-Kunsill leġislattiv ta’ Hong Kong. Iżda l-gvern Ċiniż, b’mod determinat, oppona kull attività indipendenti fil-Kunsill jew barra minnu.

Dan fl-istess waqt li ħafna f’Hong Kong qed jesprimu tħassib dwar l-interventi ta’ Beijing fil-politika tagħhom.

L-elezzjoni tal-Ħadd li għadda kienet l-ewwel waħda fit-territorju mindu saru dimostrazzjonijiet fit-toroq fl-2014. Dakinhar, żoni ċentrali f’Hong Kong kienu pparalizzati għal ġimgħat sħaħ minn ħafna protestanti żgħażagħ li sejħu għal aktar awtonomija fiċ-Ċina.

Send this to a friend