hollywood | One News

Notifiki

“Qed tieħdu xoghol atturi b’diżabilità”- atturi ta’ Hollywood attakkati għax interpretaw karattri b’diżabilità

L-attur Amerikan Bryan Cranston, magħruf l-aktar għas-serje Breking Bad, qed jiddefendi deċiżjoni professjonali li ħa meta aċċetta l-irwol ta’ persuna b’diżabilità fl-aktar film riċenti tiegħu, The Upside.

Cranston qal li d-deċiżjoni li jinterpreta parti ta’ persuna bil-kundizzjoni tal-quadriplegia u juża siġġu tar-roti, kienet waħda professjonali.Aqra aktar

L-istilla ta’ Bill Cosby se tibqa’ fuq il-Hollywood Walk Of Fame

L-istilla fuq il-Hollywood Walk Of Fame tal-attur Bill Cosby mhux se titneħħa minn din it-trejqa popolari minkejja li dan se jintbagħat sa 10 snin ħabs wara li nstab ħati ta’ abbuż sesswali.

Il-Kamra tal-Kummerċ għal Hollywood qalet li filwaqt li hija sfortuna li l-ħajja personali taċ-ċelebritajiet ħafna drabi ma tkunx skont ir-rieda ta-pubbliku, l-istilel għandhom jibqgħu ifakkru dak kollu li kisbu dawn in-nies tul il-karriera tagħhom.Aqra aktar

Ara: Produzzjoni Maltija tirbaħ f’Hollywood

Il-produzzjoni Kannizzati Fishing ta’ Chris u Maurice Micallef għadu kemm rebaħ żewġ premijiet għall-iskript u cinematografija fil-Hollywood International Independent Documentary Awards.

Il-preżentazzjoni se ssir ġewwa Los Angeles fl-Istati Uniti f’Marzu li ġej.

Dan id-dokumentarju jitratta il-proċess kollu kif tinqabad il-lampuka mis-sajjieda Maltin sakemm tinbiegħ fis-suq lokali .

L-għan ta’ dawn l-awards hi li tippromovi produzzjonijiet li jistgħu jagħmlu impatt permezz ta’ dokumentarji.

Din is-sena fost il-pajjiżi rebbieħa f’dan il-festival kien hemm mill-Portugal, l-Greċja, il-Kanada, Hong Kong, l-Istati Uniti u sintendi Malta.

Dan id-dokumentarju se jixxandar fuq ONE aktar tard din is-sena.

Id-duo Micallef sa’ issa rebħu 195 premijiet bil-produzzjonijiet taghhom li minnhom 149 ġew minn rebħiet ġo festivals internazzjonali minn madwar id-dinja.

MALTI nominat għal Student Emmy Awards f’Hollywood

Luke Zammit huwa student ta’ 25 sena li l-imħabba lejn il-films nibtet meta kien għad kellu 14-il sena. Ilum il-ġurnata Luke jinsab jistudja fi skola tal-Films fl-Amerika, fejn film li dderiġġa hu jinsab nominat għal Student Emmy Awards. Iċ-ċerimonja se tkun qed issir fix-xahar ta’ Mejju f’Hollywood.

Segwi hawn isfel u ara x’kellu xi jgħid Luke waqt il-programm ta’ filgħodu fuq ONE.

Aqra aktar

Sena ta’ MWIET f’Hollywood

Din is-sena donnu kien hemm mewġa ta’ mwiet ta’ nies famużi. Hekk kif is-sena qed toqrob lejn it-tmiem, għamilna lista bit-tama li din ma tiżdiedx sal-aħħar jum ta’ Diċembru.

Bdejna b’David Bowie, il-ġenju mużikali, li miet fl-età ta’ 69 fil-bidu tas-sena. Kien għadu kemm lesta r-rekording tal-25 studio album. Għadda minn 18-il xahar ta’ ġlied fis-skiet kontra l-kanċer.

Aqra aktar

Send this to a friend