hitler – One News

Notifiki

Ibiddel kunjomu għal Hitler

Raġel minn New Jersey, li għal snin twal kien jgħid li l-idolu tiegħu hu Adolf Hitler, biddel kunjomu għal Hitler sabiex jaqbel ma dak tad-dittatur Nazzist.

Isidore Heath Campbell, ta’ 43 sena, applika biex ibiddel kunjomu u Mħallef minn Hunterfon County approvat din it-talba. Il-bidla fil-kunjom se tkun qed tidħol f’effett fit-8 ta’ Mejju.

“Għandu l-isem ta’ eroj. Hitler,” qal dan Isidore.

Aqra aktar

Joħolqu filmat fejn Hitler jaħlef li se jerġa’ jibni t-Tieqa tad-Dwejra

Minn meta ġġarfet it-Tieqa tad-Dwejra, ma waqfux l-ispekulazzjonijiet hux se terġa’ tinbena jew le. Kien hemm min malajr bniha permezz tad-dinja virtwali. Bl-għodda fuq l-internet tista’ tagħmel minn kollox. Saħansitra tuża film dwar Hitler, u bis-sottotitoli tagħmlu jaħlef li se jerġa’ jibni t-Tieqa.

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri silta mill-filmat oriġinali Der Untergang – ‘The Downfall’ fejn fih tiġi rrakkontata l-istorja ta’ Hitler meta sar jaf li qed jitlef il-gwerra f’Berlin. Filwaqt li juri propju dik ix-xena, is-sottotitoli ta’ taħt huma ferm differenti minn dak mistenni, dan hekk kif ġew miktuba daqslikieku Hitler qed jitkellem dwar it-Tieqa tad-Dwejra, dwar kemm jinsab iddispjaċut bit-tiġrif tagħha u kif għandu pjan li se jerġa’ jibniha.

Aqra aktar

Tinbiegħ arma letali: it-telefon ta’ Hitler. Prova aqta kemm xtrawh!

Telefon li kien juża Adolf Hitler fit-tieni gwerra dinjija għadu kemm inxtara għas-somma ta’ $243,000 (kważi €229,000) fl-Amerka.

L-identità ta’ min xtara dan it-telephone bl-irkant f’Chesapeake City, Marlyand, ma tistax tkun żvelata. Huwa telefon aħmar, b’isem il-mexxej nazzist minqux fuqu, u nstab f’moħba f’Berlin fl-1945.

Suldati Sovjetiċi taw dan it-telephone lill-uffiċjal Inglia Sir Ralph Rayner bħala souvenir, ftit wara li l-Ġermanja rtirat. Uffiċjali fil-post fejn sar l-irkant iddeskrivew dan it-telephone bħala għodda tal-qerda tal-massa. Kien jintuża biex Hitler jagħti ordni biex jinqatlu eluf ta’ ħajjiet.

Intant xi ħadd ieħor xtara statwa tal-porċellana li kienet ta’ Hitler. L-istatwa ta’ kelb tat-tip Alsatian marret għas-somma ta’  $24,300.

Il-Parlament ifakkar l-olokawst…isir appell importanti

Il-Parlament ilbieraħ filgħaxija fakkar is-70 anniversarju tal-olokawst u żamm minuta silenzju biex jagħti ġieħ lill-vittmi – sitt miljun Lhud, fosthom 1,500,000 tifel u tifla.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist  Bartolo qal li l-okkazzjoni m’għandhiex tkun biss tifkira tal-vittmi iżda li naħdmu biex nitgħallmu l-lezzjonijiet minn dan l-avveniment ħalli affarijiet koroħ bħal dawn ma jerġgħux jiġru.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: PESTA, KANĊER U HITLER

Il-pesta, il-kanċer u t-tixbiha ma’ Adolf Hitler huma tliet aġġettivi li l-kandidat tal-Partit Nazzjonalista, Salvu Mallia, ta lill-Prim Ministru, Joseph Muscat, u f’intervista ma’ The Malta Independent iddefenda dawn id-dikjarazzjonijiet kollha.

Aqra aktar

Kundanna Ewropea għan-nuqqas ta’ azzjoni minn Busuttil

Il-Partit Soċjalist Ewropew ikkundanna lill-Partit Nazzjonalista dwar in-nuqqas ta’ reazzjoni minn naħa tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, dwar kummenti li ntqalu minn kandidat tal-PN, Salvu Mallia, fejn iddeskriva lil Adolf  Hitler bħala mexxej “vera progressiv”.

Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej qalu li huma jinsabu xxukjati mhux biss dwar il-kumment mhux xierqa, izda dwar il-fatt li l-Kap tal-PN naqas milli jaffaċċja din il-kwistjoni mill-ewwel.

Aqra aktar

Jieħdu taħt idejhom ir-residenza ta’ Hitler

Wara snin ta’ kontroversja, il-Parlament Awstrijak għadda liġi li biha se jkun qed jieħu taħt idejh id-dar li fiha twieled Adolf Hitler fl-1889.

Is-sid Gerlinde Pommer ripetutament irrifjutat li tbiegħ id-dar li tinsab f’Braunau am Inn jew tħalli li jsiru rinovazzjonijiet.
Aqra aktar

Send this to a friend