ħin – One News

Notifiki

Jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar fit-toroq Maltin

F’analiżi li għamlet il-gazzetta Kullħadd, jidher biċ-ċar li l-proġetti infrastrutturali li saru riċentament fit-toroq, speċjalment dawk tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta, ħallew il-frott. Dan jintwera biċ-ċar hekk kif ġie mqabbel it-tul ta’ ħin li klijent tal-ECABS kien qed idum fl-istess rotta u perjodu, bejn l-2017 u l-2018.Aqra aktar

Tinsiex iddawwar l-arloġġ lura l-Ħadd li ġej!

Il-ħin tas-sajf f’Malta din is-sena se jispiċċa fit-3 ta’ filgħodu, ħin tas-sajf lokali, tal-aħħar Ħadd ta’ Ottubru, jiġifieri tat-28 ta’ Ottubru 2018.

Dan ifisser li fi tmiem il-Ġimgħa li ġejja se norqdu siegħa żejda, hekk kif l-arloġġ irid jiċċaqlaq siegħa lura, u t-3 ta’ filgħodu, jiġu s-2 ta’ filgħodu.

Illejla torqod siegħa inqas – tinsiex tmexxi l-arloġġ!

Din il-ġimgħa ingħata bidu għall-istaġun tar-Rebbiegħa u ftit ftit qed nersqu dejjem eqreb lejn l-istaġun mistenni minn ħafna; is-Sajf. Staġun li miegħu jġib ukoll bidla fil-ħin hekk kif illejla rridu nmexxu l-arloġġ siegħa ‘l quddiem għall-ħin tas-sajf.

Il-ħin tas-sajf jibda mis-sagħtejn ta’ filgħodu tal-lejl li ġej u jintemm fid-disgħa u għoxrin ta’ Ottubru.

 

Il-Ħadd li ġej se norqdu siegħa inqas

Dawk li għandhom l-irqad għal qalbhom ma tantx se jieħdu gost b’din l-aħbar li ġejja, dan hekk kif il-Ħadd li ġej se jkun qed jintemm il-ħin tax-Xitwa f’Malta, u għalekk fis-2:00 ta’ filgħodu se jkollna mmexxu l-arloġġ b’siegħa ‘l quddiem. Dan ifisser, siegħa inqas ta’ rqad.

B’din il-bidla, bosta li joħorġu kmieni għax-xogħol issa se jkunu qed jinzertaw ix-xemx tiela, dan għax issa l-ħin għat-tlugħ ix-xemx se jkun fis-6:56 ta’ filgħodu, filwaqt li l-ħin għal inżul ix-xemx se jkun fis-19:20 ta’ filgħaxija.

Il-Ħadd li ġej se jkun qed jimmarka wkoll l-aħħar Ħadd ta’ Marzu.

Send this to a friend