ħidma – Page 3 – One News

Notifiki

L-ogħla rata ta’ impjiegi u żieda fil-paga medja

Il-Labour Force Survey jindika kif pajjiżna għandu l-ogħla rata ta’ impjiegi u l-anqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna.

Fit-tielet kwart ta’ din is-sena kien hawn żieda ta’ 6.6% iżjed fil-persuni f’ impjieg full time filwaqt lill-paga medja żdiedet bi 8.3% fil-mija iżjed minn dik taħt amministrazzjoni preċidenti.

Segwi d-dettalji ta’ din l-aħbar hawn.

Aqra aktar

Għal zoni industrijali aħjar

Il-Malta Industrial Parks is-sena l-oħra neqfet €234,685 f’xogħol ta’ manutenzjoni f’aktar minn 13-il żona industrijali f’Malta u Għawdex.

Tagħrif moghti mill-Ministru għall-Ekonomija, Chris Cardona, għall-mistoqsija ta’ Claudio Grech, juri li dis-somma hija aktar mid-doppju minn dik minfuqa fl-2014, jiġifieri €100,304. Fl-2013, intefqu €167,133 u fl-2012 intefqu €225,104.

Is-sena l-oħra, l-akbar somma ta’ €56,671 intefqet fiż-żona industrijali tax-Xewkija. Wara kien hemm dawk ta’ Kordin (€54,139),ta’ Ħal Far (€42,591), ta’ San Ġwann (€18,334), ta’ Ħal Safi (€18086) u ta’ Ħal Luqa (€16,356).

 

Fi tliet snin, ix-xogħol żdied b’20%

  • IĦARSU LEJN IKTAR INVESTIMENT F’PAJJIŻNA
  • IL-FTEHIM MAL-EASYJET TA’ STABBILTÀ KBIRA

Lura fis-sena elfejn u tnejn, il-Lufthansa Technik iddeċidiet li tistabbilixxi bażi ta’ manutenzjoni f’pajjiżna. Minn hemm ma ħarsitx lura, bniet l-istorja tagħha u kompliet tiżviluppa u tikber. Biex issa ilha f’pajjiżna erbatax-il sena.

Snin li waslu biex Malta issir ikkunsidrata bħala flagship għall-kumpanija li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Hamburg il-Ġermanja.

F’Awwissu ta’ din is-sena, Lufthansa Technik Malta ħatret Kap Eżekuttiv Ġdid, Marcus Motschenbacher. Ilu għal tmintax-il sena jaħdem fi ħdan il-kumpanija. Dan kien l-ewwel impjieg tiegħu li laqqgħu ma’ nies differenti.

Għalkemm ilu ftit xhur jokkupa din il-kariga, Motschenbacher ilu josserva mill-qrib il-ħidma ta’ Lufthansa Technik f’pajjiżna, il-progress u l-industrija tal-avjazzjoni f’Malta.

“Fl-aħħar tliet snin il-kumpanija Lufthansa nbidlet b’mod li m’għadhiex kumpanija iżolata iżda saret kumpanija li qed tikkumplimenta negozji li qegħdin hawnhekk. M’hemmx kompetizzjoni, anzi biż-żieda ta’ ħangar ġdid minn MCM, jew il-kożmetika tal-avjazzjoni u l-faċilità għat-tibjid huma affarijiet li jżidu mas-servizzi offruti fil-qasam tal-avjazzjoni,” stqarr Marcus Motschenbacher.

Aqra aktar

Iktar nies jaħdmu, inqas jitilqu mill-edukazzjoni kmieni

L-attività fis-suq tax-xogħol telgħet b’5.7% meta wieħed iqabbel l-2015 mal-2011. Dan skont tagħrif tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li qal li din iż-żieda hija primarjament dovuta għaż-żieda ta’ nisa fis-suq tax-xogħol.

Is-sehem tan-nisa tela’ minn 44.7% għal 53.8%. Dan huwa titjib konsiderevoli, għalkemm ir-riżultat ta’ pajjiżna baqa’ inqas mill-medja Ewropea. Kien hemm titjib ukoll fejn għandhom x’jaqsmu dawk li jitilqu mill-iskola kmieni; rata ta’ 19.8% fl-2015.

Tnaqqis ta’ 2.9% meta mqabbel ma’ erba’ snin qabel. Malta tispikka fejn tidħol ir-rata ta’ qgħad b’din l-istatistika tikkonferma li s-sena li għaddiet ir-rata’ ta’ qgħad f’pajjiżna kienet in-nofs ta’ dik irreġistrata fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropa.

4,500 jaħdmu bis-saħħa tal-films

Kien hemm madwar 4,500 persuna li ħadmu fl-industrija tal-films grazzi għas-sena rekord li din l-industrija kellha s-sena li għaddiet. Elfejn persuna ħadmu bħala membri tal-crew u madwar 2,500 ħadmu bħala extras u atturi.

“Fir-rigward ta’ impjiegi indiretti, dawn il-produzzjonijiet jiġġeneraw eluf ta’ impjiegi illi huwa diffiċli ħafna jiġu kkwantifikati,” qal il-Ministru Edward Zammit Lewis meta kien qed iwieġeb domanda parlamentari dwar l-industrija. Is-sena li għaddiet, kien hemm element qawwi ta’ diversifikazzjoni fl-industrija tal-Films. Minbarra films li ġew attirati, numru kbir ta’ sensiliet għat-televizjoni internazzjonali u produzzjonijiet ta’ reklami għal ditti rinomati nefqu miljuni ta’ ewro f’pajjiżna. Din l-industrija kompliet tagħti kontribuzzjoni importanti lill-ekonomija ta’ Malta.

Aqra aktar

Se taħdem 33 sena minn ħajtek, u ftit aktar magħhom

F’pajjiżna persuna hija mistennija taħdem 33.4 snin. Dan skont statistika tal-Eurostat li uriet kif fuq medda ta’ għaxar snin żdied b’ħames snin il-perjodu li wieħed mistenni jaħdem.

Primarjament dan kien riżultat taż-żieda fin-nisa fil-post tax-xogħol. L-irġiel mistennia jkollhom ħajja fuq il-post tax-xogħol itwal minn tan-nisa. Għall-irġiel il-ħajja fuq il-post tax-xogħol hija twila ftit inqas minn erbgħin sena 39.9.

Filwaqt li għan-nisa hija ta’ 26.7.

Fiż-żewġ każi dawn in-numri hunma inqas mill-medja Ewropa.

Titwettaq wegħda elettorali oħra – l-ewwel għoti ta’ warrants lil 28 youth worker

 

Wara li fl-2014 għaddiet il-Youth Work Profession Act, u l-Youth work sar jitqies bħala professjoni, ilbieraħ dan kien ikkonsolidat bl-ewwel għoti ta’ warrants lil 28 Youth Worker.

Waqt l-indirizz tiegħu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius aċċenna għall-fatt li t-twettiq ta’ din il-liġi tat dimensjoni oħra lill-professjoni tal-youth workers.   Din kienet wegħda elettorali oħra mwettqa minn Gvern Laburista, li ra l-bżonn li l-ħidma tal-youth workers tingħata d-dinjità li jixirqilha.  Il-youth workers jagħmlu ħidma imprezzabbli maż-żgħażagħ u ħafna drabi jmorru barra minn triqthom sabiex jaqdu dmirhom.

L-għoti tal-warrants hija ċerimonja simbolika li pero ser tkun qed tgħin biex tħares wkoll l-interess ta’ dawk li jaħdmu magħhom l-istess youth workers, iġifieri ż-żgħażagħ, kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari.  Huwa rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu sabiex din il-wegħda elettorali titwettaq.

Aqra aktar

Ineħħu l-alka u jsewwu s-slielem wara riħ qawwi

Ir-riħ li laqat lil pajjiżna wassal biex ammont ta’ slielem iċċaqalqu minn posthom bir-riħ u li fuq il-bajjiet ta’ San Tumas, l-Għadira u l-Armier daħal ammont kbir ta’ alka. Kif jidher tajjeb f’dawn ir-ritratti, immedjatament bdiet il-ħidma biex titneħħa l-alka kif ukoll qed isir xogħol ta’ manutenzjoni fuq is-slielem li jinsabu f’dawn il-bajjiet.
Aqra aktar

Send this to a friend