ħidma | One News - Part 2

Notifiki

“L-Unjoni Ewropea trid tkompli tintensifika l-ħidma tagħha fir-rigward tal-Libja”

 “L-Unjoni Ewropea trid tkompli tintensifika l-ħidma tagħha fir-rigward tal-Libja, inkluż permezz ta’ azzjonijiet aktar iffukati tal-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni (PSDK) u ħidma bil-għan li jintlaħqu l-miri tal-Laqgħa Għolja tal-2015 tal-Belt Valletta dwar il-Migrazzjoni u l-Laqgħa Għolja Informali li saret f’Malta x-xahar li għadda, filwaqt li jsir ix-xogħol li ntlaħaq qbil dwaru f’dawk il-laqgħat,” qal il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, waqt li indirizza l-laqgħa informali tal-Ministri tad-Difiża tal-Unjoni Ewropea fi Brussell.

Il-laqgħa sejħitha u ppresedietha r-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Federica Mogherini, biex issir diskussjoni dwar il-prospettiva strateġika tal-involviment tal-PSDK fil-viċinat tal-UE u wkoll lil hinn minnu.

Aqra aktar

Issa Membri Parlamentari aktar siguri jekk jiġrilhom xi ħaġa fil-Parlament…

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ppreżenta ċertifikati tal-kors bażiku tal-first aid lill-ħaddiema tal-Parlament u membri tal-Korp tal-Pulizija li jaqdu dmirhom fil-Parlament ta’ Malta.

Fid-diskors tiegħu, l-Ispeaker tkellem fuq l-importanza li l-amministrazzjoni tal-Parlament tagħti lit-taħriġ kontinwu lill-ħaddiema u lill-pulizija li jservu fil-Parlament ta’ Malta. Dan qed isir bl-għan li tisaħħaħ is-sigurtà fil-Parlament biex b’hekk ikunu mħarsa u protetti dawk kollha li jagħmlu użu mill-bini tal-Parlament. It-taħriġ lill-ħaddiema fil-first aid jikkumplimenta t-taħriġ li sar matul is-sena li għaddiet fit-tifi tan-nar u l-lift emergency training.

Aqra aktar

FILMAT: Aktar minn €60 miljun investiment fil-Forzi Armati ta’ Malta

Is-sigurtá taċ-ċittadini kienet dejjem ta’ prijoritá għall-Gvern Malti, filfatt waħda mill-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kienet propju dwar is-sigurtá. Grazzi għall-fondi Ewropej u l-Gvern Malti, il-ħidma tal-Forzi Armati ta’ Malta qegħda dejjem tkun waħda aktar professjonali u moderna.

Filfatt, fl-aħħar erba’ snin il-Forzi Armati ta’ Malta bbenefikaw minn €60 miljun, investiment li wassal għal teknoloġija aktar moderna. Dan il-filmat jiġbor fih ir-riżultati ta’ ħidma kontinwa biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jkomplu bil-ħidma professjonali tagħhom u jsalvaw aktar ħajjiet.

Aqra aktar

Triq il-Balal se tingħalaq biex tingħata t-tarmak

Illejla u għada filgħaxija, bejn it-20.00 u l-5.00, Triq il-Balal in-Naxxar se tingħalaq għat-traffiku hekk kif se jkunu qed isiru xogħlijiet t’asfaltar minn Transport Malta.

Is-sewwieqa huma mħeġġa jsuqu b’attenzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq is-sit tax-xogħol.

Aqra aktar

Żieda ta’ 20 impjieg kuljum tul din il-leġislatura

Statistika ppublikata din il-ġimgħa turi li, sa Awwissu 2016, in-numru ta’ nies jaħdmu full-time tela’ għal 181,605. Dan ifisser li, mill-bidu ta’ din l-amministrazzjoni, kien hemm żieda ta’ 26,193 impjieg full-time. Jiġifieri, fi ftit iktar minn tliet snin, l-impjiegi żdiedu darbtejn iż-żieda f’ħames snin sħaħ.

Din l-osservazzjoni għamilha l-Gvern fi stqarrija. Fl-ewwel snin ta’ din l-amministrazzjoni kuljum żdiedu 20 impjieg full-time. Din hija tliet darbiet ir-rata ta’ ħolqien ta’ xogħol osservata matul l-amministrazzjoni preċedenti.

Taħt din l-amministrazzjoni kienu s-servizzi privati li wrew l-akbar tkabbir. Tispikka żieda ta’ erbat elef u sitt mitt impjieg fis-servizzi amministrattivi, tlett elef u mija fis-servizzi tekniċi u professjonali, elf u disa mija fis-servizzi finanzjarji, u żieda ta’ elf u seba mitt full-timer fl-informazzjoni u l-kommunikazzjoni. Kien hemm ukoll tkabbir ta’ elf u disa mitt impjieg fis-settur tal-bejgħ, elf u disa mitt impjieg fil-lukandi u ristoranti, u tkabbir ta’ tlett elef u ħames mitt impjieg mas-settur tal-gaming u servizzi oħra.

Aqra aktar

F’xahar wieħed biss, dawk jaħdmu żdiedu b’4.5%

F’Awwissu 2016, dawk jaħdmu full-time żdiedu b’4.5% filwaqt li dawk jaħdmu parti time żdiedu b’5.8%. Dan meta mqabbel mal-istess xahar ta’ sena qabel.

Din hija statistika pprovduta minn Jobsplus u turi li dawk fid-dinja tax-xogħol fuq bażi full time żdiedu bi 3.4%, biex laħqu 184,866. Fl-istess, dawk li jinsabu bla xogħol naqsu b’1,653.

 

Il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni attiva wara snin twal rieqda

  • PROVA ĊARA TA’ KEMM QED TITTIEĦED BIS-SERJETÀ L-ĠLIEDA KONTRA L-KORRUZZJONI

B’29 laqgħa u 76 xhud imħarrek, is-sena li għaddiet il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni kellha waħda mill-iktar snin attivi fl-aħħar deċenju u f’ħidmietha kienet qed tanalizza każi pendenti li kienu ilhom ikarkru snin.

Il-Kummissjoni kif inhi komposta llum inħatret f’Settembru 2014 u meta bdiet il-ħidma tagħha sabet ħdax–il każ pendenti. Dan wara li bejn l-2009 u Settembru 2014 kien preżentat biss każ wieħed lill-Ministru tal-Ġustizzja, f’Novembru 2013.

Fl-2015 l-ewwel sena sħiħa tal-Kummissjoni kif inhi komposta bħalissa nqatgħu tliet każi. Dan wara li f’dik is-sena saru 16–il laqgħa u nstemgħu 29 xhud.

Aqra aktar

€556 miljun iktar f’esportazzjoni industrijali

Matul is-sena li għaddiet l-esportazzjoni industrijali żdiedet b’€556 miljun ewro. Dan huwa kkonfermat minn tagħrif tad-dwana li juri li fuq is-sena ta’ qabel kien hemm żieda ta’ 25%.

Fost is-setturi fejn kienet osservata żieda hemm prodotti tal-plastik, ġugarelli u farmaċewtika. Filwaqt li l-maġġor parti taż-żieda fl-esportazzjoni kienet lejn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea.

Fl-istess ħin stqarrija maħruġa mill-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, tindika li wara li fl-2016 il-produzzjoni industrijali dejjem kienet ogħla mill-istess xahar sena qabel, f’Diċembru 2016 kien hemm tkabbir ta’ 4.7%.

Aqra aktar

REKORD fl-ammont ta’ operazzjonijet f’Mater Dei; TNAQQIS DRASTIKU fil-waiting lists

Fl-2016 saru 64,000 operazzjoni f’Malta u Għawdex. Dan huwa rekord ġdid fil-qasam tas-saħħa hekk kif fl-2015 saru 60,000 operazzjoni.

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-isptar Mater Dei. Ir-rekord intlaħaq hekk kif ir-riżorsi bdew ikunu wżati aħjar, fosthom bl-użu itwal tat-teatri, inkluz fil-Ħdud. Filfatt fl-2016 saru 1,700 operazzjoni nhar ta’ Ħadd.
Barra minn hekk, il-Ministru Fearne qal li minn lista’ ta’ stennija ta’ 27,000, niżlet għal 14,000.

Żieda ta’ 9,982 f’ħames snin: għandhom 45 sena jew aktar u issa qed jaħdmu

Il-Ministru Evarist Bartolo provda rendikont ta’ kemm iktar persuni ta’ ‘l fuq minn 45 sena daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f’dawn l-aħħar ħames snin. 

Fil-Parlament, il-Ministru Bartolo ippreżenta informazzjoni li għandha l-Jobsplus. Mhux talli kien hemm żieda f’dawn l-aħħar ħames snin, talli ż-żieda minn sena għal sena hija sostanzjali. Bejn Ġunju 2016 u sena qabel, iż-żieda kienet ta’ xejn inqas minn 395 persuna. 

Aqra aktar

Send this to a friend