ħidma | One News

Notifiki

ĦIDMA TA’ SALVATAĠĠ Fl-AĦRAX – RAĠEL WAQA’ ‘FIT-TOQBA’

Raġel Malti li għandu madwar għoxrin sena sab ruħu f’diffikultà wara li qabeż f’zona fl-Aħrax tal-Mellieħa, magħrufa bħala ‘it-toqba’. Il-Forzi Armati ta’ Malta, u tar-Red Cross offrew l-għajnuna immedjata.
Medical First Responsers mir-Red Cross, membri mit-taqsima CPD tal-Pulizija u ħaddiema mill-Isptar Mater Dei assistew mill-art.
Ir-raġel ittieħed l-isptar permezz ta’ helikopter. Kollox jindika li sofra ġrieħi ħfief.
Fil-ħin li ndarab ir-raġel, membri tar-Red Cross Water Rescue Unit kienu qed jagħmlu ronda fil-baħar. 

EUROSTAT: NISPIKKAW FOST L-EWROPEJ

Malta kienet t-tielet l-inqas pajjiż b’rati ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea tul ix-xahar li għadu kif intemm.

Skont l-Eurostat, kienu r-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja u Malta li kellhom l-inqas rati ta’ qgħad.

Ir-Repubblika Ċeka kellha rata ta’ qgħad ta’ 3.2%, il-Ġermanja 3.9% u Malta 4.1%. Il-medja Ewropea hija 9.5%. Jiġifieri Malta għandha rata li hija inqas minn nofs il-medja Ewropea.

L-impjieg issemma dalgħodu bħala wieħed mill-prioritajiet ewlenin tal-Partit Laburista għal din l-elezzjoni ġenerali. Partit Laburista fil-Gvern impenjat li jkompli jinċentiva lin-nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jsostnu l-impjieg tagħhom permezz ta’ miżuri maħsuba b’għaqal, issa li Malta qed tirreġistra surplus.

Ħarsa lejn ix-xahar li għadda – riżultati li jikkonfermahom l-NSO

F’Marzu li għadda, l-ammont ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol naqas b’1,384 persuna meta mqabbel ma’ Marzu ta’ sena qabel.

Skont l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatstika, f’Marzu 2016 kien hemm 4,033 persuna tirreġistra. Xahar ilu kien hemm 2,649.

It-tnaqqis kien innotat fost l-etajiet kollha, u kien l-aktar notevoli fost dawk li kienu qed ifittxu impjieg għal inqas minn 21 ġimgħa. Persuni b’diżabiltà jfittxu impjieg naqas b’52 persuna, biex issa hemm 304.

FILMAT: Ħidma tal-Pulizija li ma tidhirx

Tul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li pajjiżna bħalissa għandu t-tmum tagħha, il-ħidma tal-Pulizija Maltija tkompli bl-għan li jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ sigurtà.

F’dan il-filmat is-Surġent Christoper Formosa jispjega li l-maġġoranza tal-ħidma tal-Pulizija ssir minn wara l-kwinti, b’impenn u dedikazzjoni.

Aqra aktar

Imħabbra sitt lokalitajiet li se jibbenefikaw minn skema ta’ restawr

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo ħabbar sitt lokalitajiet li se jkunu qed jibbenefikaw minn skema ta’ restawr fil-lokalitajiet.

Wara li intlaqgħu tletin applikazzjoni għal proġetti differenti ta’ restawr, issa ġew magħżula sitt progetti.

Dawn huma; in-niċċa ta’ San Mikiel Arkanġlu ġewwa ż-Żurrieq, in-niċċa ta’ San Ġużepp ġewwa ż-Żejtun, il-mina ta’ Hompesch ġewwa Haż-Żabbar, il-Knisja l-qadima ta’ Sant Anna f’Marsaskala, il-pont Prince of Wales tas-Sliema, il-Knisja ta’ Sant’Antnin u Santa Katerina f’Birkirkara.

Aqra aktar

FILMAT: dalgħodu fiż-Żonqor meta sabu katavru ta’ mara

Għadu mhux identifikat il-katavru ta’ mara li nstab kmieni llum fiż-Żonqor. Il-Pulizija għadha kemm ikknofermat mill-ġdid li ma tafx l-identità tal-persuna li nstabet għall-ħabta tas-07:30 mill-Forzi Armati stess.

Mhux magħruf lanqas jekk hux reltatat mal-anzjana li l-bieraħ waqgħat il-baħar f’Tas-Sliema, u li għadha mhix identifikata.

Aqra aktar

Settembru: jiżdiedu b’7,928 il-full timers, jonqsu b’1,717 dawk bla xogħol

  • Maġġoranza assoluta ta’ impjiegi inħolqu fil-privat

F’Settembru tas-sena li għaddiet, l-ammont ta’ nies reġistrati li qed jaħdmu full-time żdied b’4.6%, skont l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika. Dan meta mqabbel mal-istess xahar ta’ sena qabel.

F’sena, l-ammont  ta’ nies fix-xogħol żdied b’3.5%, u laħaq l-185, 259. Dan kien l-aktar dovut għal żieda ta’ 7,928 fejn jidħlu dawk li jaħdmu full time, u tnaqqis ta’ 1,717 f’dawk li huma persuni jfittxu impjieg.

Ta’ min jinnota li l-impjieg full-time fis-settur privat żdied b’7,549. Jiġifieri l-maġġoranza assoluta tal-impiegi li nħolqu kienu fil-privat.

Aqra aktar

Send this to a friend