Heritage Malta | One News - Part 7

Notifiki

Erba’ pitturi mill-kollezzjoni nazzjonali għall-wiri f’Potenza

Erba’ pitturi li jifformaw parti mill-kollezzjoni nazzjonali ta’ MUŻA-il-Mużew Nazzjonali tal-Arti jinsabu esebiti fl-Italja din id-darba fil-wirja Maestri d’Olanda e di Fiandra nei mari del sud – La pittura Olandese e Fiamminga nelle collezioni di Giuseppe Bellanti, Giovanni Messina e Camillo d’Errico.

L-erba’ pitturi fil-Palazzo d’Errico f’Potenza huma n-Niket fuq il-ġisem mejjet ta’ Abel, Qtugħ ir-ras ta’ San Ġwann il-Battista u l-Parabbola tas-Sammaritan it-tajjeb ta’ Matthias Stomer u Heraclitus jew il-Bikja tal-Filosofu ta’ David De Haen.

Aqra aktar

It-Tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra miftuħin b’xejn fl-10 ta’ Frar

Heritage Malta se tiftaħ b’xejn għall-pubbliku nhar is-Sibt 10 ta’ Frar, festa pubblika, it-Tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra. Dawn iż-żewġ tempji huma nklużi fil-lista tal-wirt kulturali tal-UNESCO u huma fost l-eqdem imqades fid-dinja.

Fl-attivitá tal-10 ta’ Frar, minbarra d-dħul b’xejn, se jsiru wkoll żewġ żjarat bi gwida, wieħed fil-11.00am u l-ieħor fis-2.00pm. Il-viżitaturi se jkollhom l-opportunitá wkoll iżuru ċ-ċentru tal-viżitaturi u l-wirja 4D.

It-Tempji ta’ Ħaġar Qim inbnew madwar 3600-3200QK u s-sit jikkonsisti f’binja ċentrali u fdalijiet ta’ mill-inqas żewġ strutturi oħrajn. It-tempji huma komposti minn kmamar forma tal-ittra Ċ, magħrufin bħala apsidi waqt li mal-ħitan ta’ barra wieħed isib l-ikbar megalitiċi li ntużaw għall-bini tat-tempji, bħal ġebla għolja 5.2 metri u megalitika tqila madwar 20 tunnellata. Ta’ interess, matul l-iskavi ta’ dawn it-Tempji nstabu ġebel u statwetti tal-fuħħar ta’ figuri obeżi li jinsabu għall-wiri fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Waħda mill-kmamar preistoriċi għandha wkoll toqba li hija allinejata mat-tlugħ ix-xemx fl-ewwel jum tal-istaġun tas-Sajf magħruf bħala s-solstizju tas-Sajf.

It-Tempji tal-Imnajdra jinsabu 500 metru ‘l bogħod mit-Tempji ta’ Ħaġar Qim. Dan il-kumpless huwa kompost minn tliet tempji madwar bitħa esterna ovali. L-eqdem struttura nbniet madwar 3600-3200QK segwita mit-Tempju tan-Nofsinhar mibni bejn 3150-2500QK u t-Tempju Ċentrali mibni bejn it-tnejn l-oħra. Fdalijiet fil-grigal u x-xlokk ta’ dawn it-tempji jindikaw li dawn it-tliet tempji baqgħu l-aktar preservati minn kumpless akbar. It-Tempju tan-Nofsinhar huwa alinejat mat-tlugħ ix-xemx tal-ewwel jum ta’ kull staġun.

Għal iktar tagħrif żur il-website ta’ Heritage Malta, www.heritagemalta.org, jew il-paġna uffiċjali tal-aġenzija fuq facebook.

1.3 miljun żjara fis-siti ta’ Heritage Malta matul l-2017

Sena ta’ suċċess għall-Aġenzija Heritage Malta fejn fl-2017, xejn inqas minn 1.3 miljun persuna ġew irrekordjati li żaru s-siti u l-mużewijiet tagħha: l-ikbar ammont ta’ żjarat minn kemm ilha teżisti din l-aġenzija. Din tirrappreżenta żieda ta’ kważi tnax fil-mija (12%) fuq is-sena 2016 u żieda ta’ kważi sitta u għoxrin fil-mija (26%) fuq ħames snin ilu, l-2012.

Apparti minn dawn il-1.3 miljun żjarat paganti kien hemm ukoll iktar minn 3,000 ġenitur jew familjari li bbenefikaw mill-iskema li tinċentiva l-attendenza b’xejn tat-tfal akkumpanjati minn membri tal-familja fis-siti ta’ Heritage Malta.

10,000 oħra kienu anzjani li bbenefikaw mill-iskema ta’ żjarat fis-siti ta’ Heritage Malta li jkunu organizzati mill-kunsilli lokali jew minn gruppi tal-lokal, flimkien ma’ aktar minn 30,000 student tal-iskola li ġew iżuru l-mużewijiet u s-siti għal programmi edukattivi.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dawn huma riżultati eċċellenti tal-viżjoni tal-Gvern li jkabbar l-udjenzi fis-setturi kulturali u tal-apprezzament tal-wirt storiku fejn sostna wkoll li l-Gvern huwa komess li jkompli jaħdem biex jiddemokratizza dawn is-setturi importanti.

Għar Dalam għall-frisk

Heritage Malta qegħda toffri opportunitá mhux tas-soltu lill-pubbliku biex iżur Għar Dalam u l-inħawi tal-madwar bil-lejl. Minkejja li hawn min żar dan l-għar iktar minn darba, ċertament li din hija attivitá mhux ta’ min jitlifha għax rarament tesperjenza l-għar fid-dawl naturali tal-qamar.

Din l-attivitá se ssir nhar il-Ħamis 7 ta’ Settembru fis-7.00pm. Il-viżitaturi se jingħataw spjega bil-Malti u wara jżuru l-inħawi u l-għar taħt id-dawl tal-qamar. Fi tmiem l-attivitá se jkun hemm riċeviment żgħir ukoll.Aqra aktar

REKORD ta’ viżitaturi f’siti storiċi Maltin – 1.3 miljun

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici ħabbar li s-sena l-oħra, inkiser ir-rekord tan-numru ta’ viżitaturi fis-siti storiċi: 1,287,585. Dawn iġġeneraw l-akbar ammont ta’ flus fi dħul għal Heritage Malta.

Huwa qal li dan id-dħul għamel tajjeb għat-telf li sofriet Heritage Malta wara li ngħalaq il-Palazz tal-President minħabba l-Presidenza Ewropea u mill-għeluq tal-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni sakemm sar ir-restawr.

Aqra aktar

Żur Forti Sant’Iermu bi prezz imraħħas fi tmiem din il-ġimgħa

Fi tmiem din il-ġimgħa l-Forti Sant’Iermu se jospita s-Suq Malti tal-Artiġġjanat, u Heritage Malta qegħda toffri l-possibbiltá lill-viżitaturi jżuru l-Forti, il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra u l-wirja Valletta 1566 – Melita Renascens għall-prezz imraħħas ta’ €5.

Id-dħul għas-Suq Malti tal-Artiġġjanat se jkun b’xejn għal kulħadd. Dawk kollha li jixtiequ jżuru l-Forti għandhom l-opportunità li jixtru biljett imraħħas minn ħdejn il-Porta del Soccorso.

Forti Sant’Iermu hija mibnija f’pożizzjoni strateġika fil-ponta tal-Għolja Sceberras u tiddefendi d-daħla taż-żewġ portijiet, il-Port ta’ Marsamxett u l-Port il-Kbir. Il-Forti, f’forma ta’ stilla, inbniet mill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann fl-1552 u fl-Assedju l-Kbir sofriet ħsarat kbar. Madankollu wara r-rebħa tal-Kavallieri fuq l-Ottomani, il-Forti reġgħet inbniet u ġiet inkluża wkoll fil-fortifikazzjoni li jdawwru l-Belt Valletta. Matul is-snin il-Forti għaddiet minn għadd ta’ ristrutturazzjonijiet. Forti Sant’Iermu kellha rwol importanti wkoll matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Wara li r-Royal Malta Artillery telqu mill-Forti fl-1972, snin wara l-parti ta’ fuq intużat mill-Akkademja tal-Pulizija. Riċentement il-parti ta’ fuq tal-Forti Sant’Iermu ġiet restawrata u tospita wkoll il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra.

Aqra aktar

Gawdi xeni mill-isbaħ tal-ambjent meta żżur it-Tempji ta’ Skorba

Heritage Malta se tiftaħ it-Tempji ta’ Skorba għall-pubbliku waqt l-attivitá ‘Frott il-bidwi Mġarri’ li se ssir nhar il-Ħadd 23 t’April 2017 fl-Imġarr.

It-Tempji ta’ Skorba jinsabu fiż-Żebbiegħ, fil-limiti tal-Imġarr, li huwa sinonimu mal-qasam agrikolu f’Malta. Is-sit fejn jinsabu dawn it-tempji mhux biss joffru xeni mill-isbaħ tal-ambjent rurali Malti iżda jfakkru lill-viżitatur fl-ambjent li kien imdawwar bih dawn it-tempji.

Aqra aktar

Is-sejf li ġibed l-interess mistenni

Is-sejf ta’ De Vallette, għall-wiri fil-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta, ġibed l-interess mistenni tant li l-kuratur tal-post spjega ma’ ONE NEWS li fl-aħħar ġimgħat żdiedu b’mod konsiderevoli dawk li żaru l-mużew li jinsab fit-triq ewlenija tal-Kapitali tagħna.

Konxju li din hi opportunità ta’ darba li ilha mistennija bosta snin il-pubbliku Malti kkonkorra bi ħġaru u għal Heritage Malta dan kien ta’ sodisfazzjon.

Manuel Magro Conti, kuratur ewlieni ta’ Heritage Malta, spjega li l-ammont ta’ Maltin li żaru l-mużew kemm ilha hemm il-wirja żdied b’erbgħin fil-mija u l-ammont ta’ turisti b’10%.

Aqra aktar

L-anzjani b’opportunità biex imorru lura fiż-żmien

Anzjani li jattendu ċentri ta’ anzjanità attiva madwar Malta u Għawdex għandhom l-opportunità li jżuru postijiet storiċi permezz ta’ kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva u Heritage Malta. 

Aqra aktar

Send this to a friend