Heritage Malta | One News - Part 5

Notifiki

Qligħ ta’ €300,000 għall-Heritage Malta

Il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici, ħabbar fil-parlament li Patrimonju Malta (Heritage Malta) għamlet qligħ ta’ 300 elf ewro matul is-sena li għaddiet u kellha għadd rekord ta’ 1.3 miljuni viżitaturi li ħallsu seba’ miljun ewro f’biljetti tad-dħul. Dawn il-flejjes jerġgħu jiġu investiti f’Ħeritage Malta.

Aqra aktar

Ktieb ġdid u verżjoni awdjo minn Heritage Malta

 

Il-Misteru ta’ taħt is-Siġra tal-Ħarrub huwa ktieb ġdid imniedi minn Heritage Malta. Dan il-ktieb għandu jissodisfa lill-qarrejja li jħobbu l-avventura u l-għarfien arkeoloġiku. Tnedija oħra kienet il-verżjoni awdjo tal-ktieb ippubblikat riċentament, Valletta – my city, my story.

Aqra aktar

Jumejn ta’ attivitajiet għall-familja kollha bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku

Is-Sibt u l-Ħadd li ġej se jkunu jumejn ta’ attivitajiet divertenti u edukattivi għall-familja kollha, organizzati minn Heritage Malta u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2018. Din se tkun opportunità għall-pubbliku biex isir jaf aktar dwar servizzi li qajla wieħed jagħti kas li huma servizzi pubbliċi.

Aqra aktar

Kolazzjoni b’differenza – F’Għar Dalam

Tixtieq tibda l-ġurnata tiekol il-kolazzjon fil-miftuħ, f’ambjent naturali u ‘l bogħod mill-ġenn u l-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum? Din tista’ ssir realtá nhar il-Ħadd 13 ta’ Mejju waqt l-attivitá mtella’ minn Heritage Malta, il-Kolazzjon f’Għar Dalam.

Aqra aktar

Valletta Card ġdida toffri soluzzjonijiet tal-ivvjaġġar u dħul għal numru ta’ siti ġo Valletta

Filwaqt li Valletta qed tiġi mfakkra bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018, Malta Public Transport, b’kollaborazzjoni ma’ Valletta Ferry Services, Heritage Malta u Malta 5D, tinsab onorata illi ser tniedi prodott ġdid tagħha: il-Valletta Card.

Il-Valletta Card il-ġdida hija ‘pass’ ta’ 24 siegħa, li toffri soluzzjonijiet għall-ivvjaġġar minn u lejn il-belt bil-karozza tal-linja jew bil-lanċa, vjaġġar ġol-belt bil-karozza tal-linja u dħul għal siti turistiċi ġo Valletta.

Aqra aktar

Send this to a friend