Heritage Malta | One News - Part 4

Notifiki

Se jibnu l-wiċċ ta’ kranju ta’ tfajla li għexet f’Malta elfejn sena ilu

Heritage Malta qiegħda taħdem fuq ir-rikostruzzjoni ta’ wiċċ ta’ mara li ndifnet fil-kumpless tal-Katakombi ta’ San Pawl, ir-Rabat, Malta, bejn wieħed u ieħor fl-ewwel seklu W.K. Eventwalment din ir-rikostruzzjoni se tifforma parti mill-esebizzjoni permanenti tas-sit u permezz tagħha, il-viżitaturi se jkunu jistgħu jiġu wiċċ imb’wiċċ ma’ din il-mara li għexet f’Malta madwar 2000 sena ilu.

Aqra aktar

Opportunità li taħdem fil-qrib ta’ oġġetti kulturali

Mhix xi ħaġa ta’ kuljum li ssib ruħek taħdem fuq oġġetti arkeoloġiċi jew fuq inventarji nazzjonali, inkella li tersaq qrib ta’ pitturi prestiġġjużi ta’ artisti famużi jew li tmiss skeletri li jgħoddu l-eluf tas-snin jew xi speċi tal-istorja naturali. Madanakollu din hi r-realtà għal grupp ta’ studenti u voluntiera li bħalissa qed jieħdu esperjenza ta’ xogħol ma’ Heritage Malta.

Aqra aktar

Opportunitá tqatta’ l-lejl Għar Dalam

Heritage Malta qegħda tagħti opportunitá lill-pubbliku biex igawdi l-wirt kulturali u naturali fil-viċinanzi ta’ Għar Dalam f’atmosfera differenti u li jorqdu fil-miftuħ u f’ambjent sikur u trankwill bejn is-Sibt 11 ta’ Awissu u l-għada filgħodu.

Aqra aktar

Il-Belt Valletta u d-Dumnikani fil-Belt – Wirja speċjali minn Heritage Malta

Il-wirja Il-Belt Valletta u d-Dumnikani fil-Belt: mixja waħda li qed tittella’ bħalissa fil-kunvent tal-Ordni Dumnikan fil-Belt matul din il-ġimgħa tikkumplimenta tajjeb ħafna  mal-Bażilika ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu u San Dumniku. Dan wara li artefatti mill-wirja nħarġu sabiex jaqdu l-funzjoni liturġika tagħhom u jlibbsu l-knisja fil-jiem tal-festa tal-patrun ta’ din l-Ordni, San Duminku.

Aqra aktar

It-Tempji ta’ Ħaġar Qim jiddaħħlu fil-Hall of Fame

It-Tempji ta’ Ħaġar Qim, li huma nklużi fil-lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, ingħataw l-ogħla unur minn TripAdvisor, it-Travellers’ Choice Award. Dawn it-tempji ddaħħlu wkoll fil-Hall of Fame ta’ l-ikbar sit elettroniku fid-dinja ddedikat lill-ivvjaġġar wara li ngħataw iċ-Ċertifikat t’Eċċellenza għal ħames sena konsekuttiva.

Aqra aktar

Il-Kunsill Lokali Ħad Dingli jilqa’ r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar iċ-Ċentru Interpretattiv

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħad Dingli laqa’ l-konklużjonijiet pożittivi tar-rapport investigattiv tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika li kkonferma li ma kien hemm l-ebda irregolarità jew ħażen mill-uffiċjali tal-kunsill lokali fl-iżvilupp u l-operat taċ-Ċentru ta’ Interpretazzjoni ta’ Ħad Dingli u proġetti oħra marbuta miegħu.

Aqra aktar

Skopri Għar Dalam bil-lejl

 

Heritage Malta qegħda toffri opportunitá unika lill-pubbliku biex jesplora Għar Dalam u l-madwar bil-lejl.

L-attivitá tibda bi spjega qasira dwar il-biodiversitá tal-inħawi u wara l-viżitaturi jibdew jimxu lejn l-għar fejn fil-ġnien se jkollhom l-opportunitá jisimgħu l-friefet il-lejl fejn se jintuża wkoll apparat teknoloġiku apposta. Żewġ speċi ta’ friefet il-lejl jabitaw proprju fl-għar ta’ Għar Dalam.

Aqra aktar

Send this to a friend