Heritage Malta | One News - Part 3

Notifiki

Fortizza b’veduta mill-aqwa tal-Middle Sea Race

Nhar is-Sibt, 20 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi minn esperjenza doppja fil-Forti Sant’Iermu, l-Belt, Valletta. Il-parteċipanti jistgħu jgawdu l-vantaġġ tal-pożizzjoni dominanti tas-swar tal-forti ħalli jsegwu t-tluq tad-dgħajjes tal-Middle Sea Race minn ġewwa l-Port il-Kbir fil-Belt. Barra minn hekk, dawn jistgħu jibbenefikaw ukoll minn żjara madwar il-forti flimkien mal-kuratur tas-sit. Riċeviment żgħir se jkun servut waqt dan l-avveniment.

Aqra aktar

Xi ppjanajt għal nhar il-Ħadd?

Tista’ żżur it-tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra, Għawdex bla ħlas nhar il-Ħadd li ġej, 14 ta’ Ottubru. Dawn it-tempji preistoriċi huma inklużi fil-lista tal-Wirt Kulturali Dinji tal-UNESCO, u huma kkunsidrati bħala wħud mill-eqdem monumenti wieqfa fid-dinja, saħansitra iktar antiki minn Stonehenge u l-piramidi tal-Eġittu.Aqra aktar

Qatel lill-maħbuba sigrieta u ż-żewġ gwardjani biex ma jinkixifx f’Sant’Anġlu…

Nhar il-Ġimgħa, 12 t’Ottubru, Heritage Malta se tiftaħ il-bibien ta’ Forti Sant’Anġlu hekk kif jidħol il-lejl. Żewġ żjajjar animati, ibbażati fuq ġrajjiet ta’ misteru u atti soprnaturali relatati ma’ dan il-forti storiku, se jakkumpanjaw lill-viżitaturi fuq vjaġġ waħxi li se jiżvela l-istorja mqanqla ta’ dan is-sit.
Aqra aktar

Segwi kif ix-xjenza tista’ tassisti lill-wirt kulturali

Nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Settembru, bħala parti mill-attivitajiet ta’ Science in the City li se jsiru l-Belt Valletta, Heritage Malta qiegħda tistieden lill-pubbliku (minn 12 il-sena ‘l fuq) sabiex isegwi informazzjoni dwar ix-xjenza tal-konservazzjoni permezz ta’ studju eċċellenti relatat mal-proġett ta’ konservazzjoni tal-Gran Salon, li bħalissa jinsab għaddej bis-sapport tal-Bank of Valletta.
Aqra aktar

Stedina biex idduq l-Istorja

Nhar l-Erbgħa, 3 t’Ottubru, u l-Ħamis, 4 t’Ottubru, Heritage Malta se tkun qed tipprovdi lill-pubbliku l-opportunità li jduq l-Istorja fis-sala tal-ikel tal-Mużew Marittimu, il-Birgu. Ibbażata fuq kunċett ġdid li jitraċċa u jagħti l-ħajja mill-ġdid lill-menus tal-passat, il-mistiedna se jkunu mħajjra jissorprendu ruħhom bit-togħmiet ta’ tliet platti għaġin li jmorru lura sekli sħaħ.

Aqra aktar

Intervent riparattiv fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir

Min-nhar it-Tnejn li għadda ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr bl-għajnuna ta’ Heritage Malta bdew inaddfu u jagħmlu interventi riparattivi fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir.

Dan huwa monument nazzjonali li sar biex ifakkar ir-rebħa tal-Maltin u l-kavallieri fuq l-Assedju l-Kbira. It-tliet figuri jirrappreżentaw lil Malta fin-nofs rebbieħa tiddefendi lill-Ewropa u r-Reliġjon Kattolika. (iż-żewġ figuri l-oħra)

Send this to a friend