Heritage Malta | One News - Part 2

Notifiki

Skopri l-ġmiel uniku tal-Antartika

L-Antartika huwa l-iksaħ kontinent, l-iżjed wieħed niexef u bl-ogħla elevazzjoni medja. Huwa wkoll il-kontinent li jinsab l-aktar l-isfel fin-naħa tan-nofsinhar tad-dinja. Peress li ż-żjarat huma ristretti, għalja u diffiċli, l-Antartika huwa l-uniku kontinent illi baqa’ pjuttost mhux mittiefes mill-bniedem. Infatti, il-popolazzjoni tiegħu tikkonsisti biss minn ftit eluf ta’ xjenzati.

Aqra aktar

X’taf dwar iż-Żurrieq? Ħu ċ-ċans li tiskopri iżjed

Iż-Żurrieq ilu abitat sa minn Żmien il-Bronż minn popolazzjoni pjuttost imdaqqsa. Illum dan il-villaġġ joffri diversi siti ta’ interess li jiddataw għal perjodi differenti. Nhar is-Sibt, 15 ta’ Diċembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal mixja kulturali madwar iż-Żurrieq biex jiskopri wħud minn dawn il-postijiet interessanti.

Aqra aktar

Qatt rajt mitħna kbira tal-id? Għandek ċans taraha

Bosta jafu u probabbli żaru t-Tempji Megalitiċi ta’ Ħal Tarxien u l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni. Imma probabbli, ħafna inqas huma familjari mat-Tempji Megalitiċi ta’ Kordin III li jinsabu fil-viċin. Ta’ min isemmi illi t-Tempji Kordin III huma l-uniċi minn kumpless ta’ tliet tempji li nbnew fl-inħawi ta’ Kordin li baqgħu ppreservati. Illum żjarat f’dan is-sit isiru biss permezz ta’ appuntament. Madanakollu, nhar is-Sibt, 8 ta’ Diċembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex iżur dan is-sit bla ħlas.

Aqra aktar

Passaport speċjali mingħand Heritage Malta se jdaħħal lil uliedek fil-mużewijiet kollha mingħajr ħlas

L-istudenti kollha li jattendu l-iskejjel primarji u sekondarji kollha se jibda jkollhom l-opportunità, flimkien ma’ żewġ adulti, li jżuru l-mużewijiet u siti storiċi ta’ Heritage Malta b’xejn.

Dan se jsir permezz ta’ card u passaport, maħruġa minn Heritage Malta, għall-istudenti kollha. L-istudenti se jingħataw il-card mill-iskola, u l-passaport jista’ jinġabar fl-ewwel żjara f’sit jew mużew ta’ Heritage Malta.

Wara ċertu numru ta’ żjarat, l-istudenti se jkollhom aċċess speċjali għal ċertu siti li rari jinfetħu għall-pubbliku. It-tnedija ta’ dan il-passaport speċjali saret fiċ-Ċentru għal Viżitaturi tat-Tempji ta’ Ħaġar Qim.Aqra aktar

Fjura għal ruħ barranija

 

Li kieku mqar id waħda ħanina tpoġġi fjura fuq il-qabar ta’ ibni! Din kienet ix-xewqa prinċipali ta’ dawk il-ġenituri li mhux biss tilfu lil uliedhom waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija, imma li kellhom ukoll jgħixu mal-fatt li dawn ġew midfuna fil-pajjiżi barranin fejn mietu. Il-kunflitt li dam għaddej 4 snin ħasad il-ħajja ta’ madwar 11,000,000 suldat u 8,000,000 ċivili.

Aqra aktar

Tfal mistiedna jiltaqgħu ma’ Temi Zammit

Min jaf x’kien jirrakkonta Sir Themistocles “Temi” Zammit li kieku wieħed seta’ jiltaqa’ miegħu? Zammit kien individwu eċċezzjonali u ta’ suċċess. Primarjament hu kien tabib, madanakollu huwa kien ukoll professor tal-kimika, arkeoloġist, storiku, riċerkatur u kittieb. Nhar is-Sibt li ġej, 17 ta’ Novembru, Heritage Malta qed tistieden lit-tfal biex jiltaqgħu ma’ dan il-personaġġ brillanti.

Aqra aktar

Ir-Rumani u l-għasel tagħhom f’San Pawl Milqi

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni, l-użu, u l-konsum tal-għasel fil-perjodu Ruman, flimkien mar-rwol tat-trobbija tan-naħal. Matul il-ġurnata se jkun hemm ukoll numru ta’ taħditiet dwar l-għasel u ż-żejt taż-żebbuġa.

Aqra aktar

Send this to a friend