herbert messina ferrante – One News

Notifiki

Il-PL jsellem il-memorja ta’ Herbet Messina Ferrante

Il-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Herbert Messina Ferrante. Id-dentist Messina Ferrante ta kontribut f’għadd ta’ oqsma għal deċenji sħaħ u kien xhieda ta’ kif ċittadin ghandu jkun attiv b’risq il-komunità li jgħix fiha.

L-eks Kunsillier Nazzjonalista miet kmieni t-Tnejn filgħodu fl-età ta’ 80 sena. Aqra aktar

Imut Herbert Messina Ferrante- eks Kunsillier tal-PN

L-eks Kunsillier Nazzjonalista Herbert Messina Ferrante miet kmieni t-Tnejn filgħodu fl-età ta’ 80 sena. Huwa kien se jagħlaq 81 sena nhar l-4 ta’ Jannar.

Messina Ferrante kien ilu dentist mil-1960, u kien fundatur u membru tas-Self-Employed Union fl-1970. Huwa sar president tal-istess Unjin fl-1979.

Huwa kien ukoll il-Viċi-President ta’ Sliema Wanderes għal 10 snin qabel ma sar President bejn l-1987 u l-1993.

Messina Ferrante kien Kunsillier f’isem il-Partit Nazzjonalista f’Ħ’Attard, kif ukoll President tal-Assoċċjazzjoni tal-Pensjonanti tal-Partit Nazzjonalista.

ARA: David Agius imgiddeb minn eks-kunsillier Nazzjonalista

Fil-jiem u l-ġimgħat li għaddew, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius qala barrax ta’ kritika wara dak li qal dwar is-Central Link Project. Issa kien imiss lill-eks Kunsillier Nazzjonalista Herbert Messina Ferrante, li mhux biss jikkritika lil Agius, iżda saħanistra jgiddbu.

Aqra aktar

ARA: Kundanna oħra għal David Agius

“Wasal iż-żmien li min qed imexxi ma jibqax jagħti kas iktar il-kritika bla bażi li qed issir, u jkompli jaħdem fuq it-toroq Maltin.”

Kien b’dan id-diskors li l-editur tal-ġurnal Malta Independent, beda l-editorjal tiegħu li kkritika d-diskors tal-Viċi Kap Nazzjonalista, David Agius, meta fil-Parlament pprova jitfa’ dell ikrah fuq is-Central Link Project – Proġett b’investiment ta’ 55 miljun ewro li għandu jindirizza l-problema tat-traffiku fiċ-ċentru ta’ Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend