ħelsien – Page 2 – One News

Notifiki

Il-Ħelsien – kisba li qed igawdu l-ġenerazzjonijiet minnha

Illum, il-31 ta’ Marzu 1979, magħruf aktar bħala Jum il-Ħelsien, hu jum li minkejja li għaddew 38 sena minn fuqu, bħala poplu, għadna nfakkru u niċċelebraw din il-kisba li ġabu missirijietna kull jum li jgħaddi.

Dan hekk kif hu mfakkar bħala kisba li biha l-gżejjer Maltin ħelsu mit-tmexxija tal-militari Brittanika. Ħolma u mira li kienet tal-Perit Duminku Mintoff.

Minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, gżira mingħajr ebda riżors, 38 sena ilu emmnu li aħna bħala poplu stajna niddeċiedu l-ġejjieni tagħna u propju f’dak il-jum l-pajjiż ġab il-ħelsien soċjali.

Dan il-ħelsien fisser ħelsien mill-faqar u kif ukoll mill-mentalità kolonjali fejn permezz ta’ kisba li nkisbet mill-Partit Laburista, iddaħlu servizzi soċjali mingħajr preċedent li għadna ngawdu minnhom sal-lum il-ġurnata. Dawn jinkludu l-edukazzjoni, is-settur tas-saħħa fost bosta oħrajn.

Aqra aktar

“Ir-rigal tagħna lil Malta ħielsa hi li dan il-pajjiż qed idaħħal aktar ġid milli qed jonfoq”

Waqt li indirizza ċ-ċeremonja tal-Ħelsien, il-Prim Ministru Joseph Muscat, qal kif propju llum, ir rigal tal-lum lil Malta ħielsa, dan il-pajjiż qed idaħħal aktar ġid u aktar flus milli qed jonfoq Dan fil-waqt li semma l-kisbiet li wettaq dan il-Gvern fosthom l-inqas rata ta’ nies ifittxu xogħol u l-ogħola rata ta’ nies jaħdmu fl-Ewropa.

Aqra aktar

Send this to a friend