ħelsien – One News

Notifiki

Moviment li jaħseb b’mod nazzjonali u li ma jibnix ħitan

Is-suċċess ta’ pajjiżna hu riżultat ta’ moviment li jaħdem b’mod nazzjonali u li ma jibnix ħitan.

Kien dan il-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, f’Jum il-Ħelsien. Fl-Imtarfa sostna li l-31 ta’ Marzu huwa jum li verament jibni u jagħmilna l-poplu li aħna. Jum li għandna nħarsu lejh mhux bies inġellduh ma’ jiem oħra, b’mod partikolari kisbiet bħall-Indipendenza u r-Repubblika imma biex niċċelebraw tranżizzjoni sħiħa li għamel pajjiżna fl-aħħar snin.Aqra aktar

“Dan huwa moviment li ma jibnix ħitan”- il-PM

Dan huwa moviment li qed iġib is-suċċess sforz l-għaqda u billi ma jibnix ħitan. Fiċ-ċentru Ċiviku tal-Imtarfa l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar it-transizzjoni kbira li għamel pajjiżna tul is-snin. Propju fl-Imtarfa, il-post marbut mal-preżenza militari Ingliża, Dr. Muscat tkellem dwar il-kisba tal-Ħelsien t’erbgħin sena ilu.

Semma l-kullana ta’ kisbiet kostituzzjonali li pajjiżna ra tul is-snin. Il-mexxej Laburista saħaq li dan il-moviment irnexxielu jneħħi l-firda fejn parti ta’ poplu kienet tħoss li l-Ħelsien huwa jum tagħha u ħaddieħor jarah li mhux tiegħu.Aqra aktar

Borg Olivier jersaq lejn il-Kommunisti wara l-Independenza

Dokumenti ġodda li ġew skoperti waqt il-laqgħat tal-Kabinett tal-Gvern Nazzjonalista juru li wara l-Indipendenza tal-1964 il-Prim Ministru George Borg Olivier kien deċiż li jniedi relazzjonijiet uffiċjali mal-Unjoni Sovjetika. Minkejja t-twissijiet kważi ossessivi tal-Arċisqof Mikiel Gonzi, u wara l-qilla tal-inkwiet politiku-reliġjuż tas-snin ta’ qabel bejn Dom Mintoff u l-Knisja preċiżament fuq din il-kwistjoni, bis-solitu mod kwiet tiegħu Borg Olivier fittex li jitħabbeb mas-Sovjetiċi.

Aqra aktar

Il-politika tal-Kappillan

Fi ftit jiem oħra se toħroġ uffiċjalment il-verżjoni bil-Malti tal-ktieb famuż ta’ Nicholas Monsarrat The Kappillan of Malta, tradott minn Wistin Born, l-awtur tal-magħruf Is-Salib tal-Fidda. Il-ktieb fih storja mill-aktar eċċitanti, fih Malti mill-isbaħ, fih preżentazzjoni mill-aqwa … dan kollu diġà nafuh. Li ħafna ma jafux hija l-politika ta’ dan il-ktieb.

Aqra aktar

FILMAT: Xtaq difna fl-għolja tal-Ħelsien

“Il-Perit kien kburi bl-għolja tal-ħelsien mhux biss waqt ħajtu izda ried li jibqa’ mfakkar għalih anka wara mewtu”
Kienu dawn il-kliem li ħarġu minn fomm Angelo Zahra, eks Kap tal-Garaxx tal-Gvern li ħadem mill-viċin ħafna tal-eks Ministru Laburista Lorry Sant.
Fid-dawl tal-ħames anniversarju mill-mewt tal-eks Prim Ministru ta’ Malta u mexxej tal-Partit Laburista, l-Perit Duminku Mintoff, Angelo qalilna kif x-xewqa tal-Perit kienet li l-fdalijiet tiegħu wara mewtu jkunu taħt l-arblu bil-bandiera ta’ Malta.

Aqra aktar

“Il-Vojt” jingħata ħelsien mill-arrest

Etienne Bartolo magħruf bħala l-Vojt, li hu mixli bil-qtil ta’ Roderick Grech, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ għaxar t’elef ewro u garanzija personali ta’ tletin elf ewro.
Il-ħelsien mill-arest ta’ Bartolo ngħata fuq għadd ta’ kundizzjonijiet li ma’ jsifirx jew jinħeba, li ma javviċinax jew ma jkellimx ix-xhieda tal-Prosekuzzjoni, ma jikkommettix delitt ieħor ta’ natura volontarja u li jirrapporta fl-Għassa ta’ Birkirkara bejn it-tmienja ta’ filgħodu u t-tmienja ta’ filgħaxija.

Aqra aktar

Send this to a friend