helikopter – One News

Notifiki

Ara l-mument meta iġġarraf il-ħelikopter tas-sid ta’ Leicester City

Fuq il-midja soċjali qed jimxi l-filmat li juri l-mument eżatt li fih iġġarraf il-ħelikopter tas-sid tal-klabb ta’ Leicester City, Vichai Srivaddhanaprabha. Dan l-inċident sewa’ l-ħajja ta’ kull min kien abbord.

Fil-filmat, il-ħelikoġter jidher tiela’ fil-għoli, meta f’leħħa ta’ berqa tilef il-kontroll u niżel mal-art, biswit il-grawnd.

Bil-Filmat: Il-Ħames ħelikopter fuq ir-reġistru Malti

Il-Ministru Ian Borg żar il-helicopter Leonardo AW109SP li jġorr in-numru tas-serje 22292, li għadu kif ġie rreġistrat u ċertifikat mir-reġistru tal-avjazzjoni Malti u li se jkun operat minn Helicopter Services Malta Ltd. Dan hu l-ħames helicopter fuq ir-reġistru Malti u mistennija jiġu ċertifikati tliet helicopters oħrajn jew aktar fix-xhur li ġejjin.

Il-Ministru Borg bi pjaċir innota li r-reġistru tal-avjazzjoni Malti ssaħħaħ ġmielu matul l-aħħar snin u stabbilixxa ruħu bħala wieħed stabbli u b’saħħtu fid-dinja tal-avjazzjoni. Fil-fatt, sal-aħħar tal-2017, ir-reġistru kellu fi ħdanu ’l fuq minn 260 ajruplan, figura li rduppjat minn dik tal-2012.

Fl-2017 biss ġew irreġistrati 52 ajruplan ġdid. Ir-reġistru jkopri varjetà ta’ ajruplani u Transport Malta kienet l-ewwel entità li rreġistrat ajruplan tat-tip Sukhoi Superjet 100 fl-Unjoni Ewropea.

L-istil dinamiku tar-reġistru, il-liġijiet sodi, in-numru ta’ inċentivi fiskali u l-istat ta’ Malta bħala firmatarja ta’ Cape Town – li toffri livell għoli ta’ sigurtà u ta’ serħan il-moħħ jaghmel lil Malta l-għażla naturali għal bosta sidien tal-ajruplani. Il-Ministru Borg qal li dan hu sors ieħor ta’ kburija u suċċess għal Malta u rridu nkomplu nkabbruh.

Ħidma ta’ emerġenza ma’ sajjied bejn sema u ilma

Sajjied Eġizzjan, kmieni dalgħodu, iddaħħal Malta minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta wara li saret sejħa għall-għajnuna hekk kif dan ir-raġel ġarrab xi ġrieħi waqt li kien fuq il-baħar.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, fejn kif waslet is-sejħa fiċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta, intbagħat ħelikopter biex jevakwa lil dan is-sajjied li kien fuq il-baħar.

Aqra aktar

TRAĠEDJA oħra fl-Italja – Jitilfu ħajjithom sitt persuni abbord ħelikopter

Traġedja oħra fl-Italja, din id-darba f’Aquila. Wara t-terremot, il-maltemp u l-valanga li qerdet għal kollox il-lukanda Rigopiano, ħelikopter t’emerġenza ġġarraf propju ftit ‘il bogħod miż-żona fejn bħalissa għaddejja l-operazzjoni ta’ salvataġġ għall-ħmistax-il persuna li għadhom irrapportati nieqsa wara l-valanga. Is-sitt persuni abbord l-ħelikopter tilfu ħajjithom.

Aqra aktar

F’Rio – traġedja bla preċedent?

Erba’ uffiċjali tal-Pulizija mietu wara li helikopter tniżżel fil-famuża “City of God” – parti minn Rio De Janeiro.

Dan ġara wara jum ta’ ġlied u konfronti bejn il-Pulizija u gruppi ta’ kriminalità organizzata. Il-helikopter kien qed jassisti lill-Pulizija f’konfront ieħor kontra dawn it-tip ta’ gruppi.

Filwaqt li qed ikun investigat x’wassal biex twaqqa’ l-ajruplan, jekk jirriżulta li kienu tabilħaqq dawn il-gruppi kriminali li niżżluh, tkun azzjoni bla preċedent fil-belt li sa ftit ilu laqgħat fi l-Olimpjadi sportivi.

Aqra aktar

Żewġ immigranti jiddaħħlu Malta u jittieħdu Mater Dei

Tard ilbieraħ filgħaxija, wara talba miċ-ċentru Ruman għall-kordinazzjoni marittima, iċ-ċentru Malti ħareġ ħelikopter AW139 sabiex jgħin żewġ immirganti li kienu abbord vapur Spanjol.

Dawn kellhom bżonn assistenza medika u għalhekk ittieħdu fl-Air Wing tal-Forzi Armati ta’ Malta u wara l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

 

Send this to a friend