Ħ'Attard | One News

Notifiki

U-turn oħra tal-viċi kap Nazzjonalista

Wara l-barax ta’ kritika li qala’, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius reġa’ lura minn kliemu.

Mindu tħabbar is-Central Link Project, proġett li se jindirizza l-problema tat-traffiku fiċ-ċentru ta’ Malta, Agius ma waqafx jikkritika dan l-investiment fl-infrastruttura ta’ pajjiżna b’nefqa ta’ ħamsa u ħamsin miljun ewro.

Aqra aktar

Proġett ieħor kbir għall-immaniġġjar tat-traffiku f’żona ċentrali f’pajjiżna

Fil-jiem li ġejjin mistenni jitħabbar proġett infrastrutturali kbir u innovattiv li mistenni jibdel il-mod ta’ kif ikun immaniġjat it-traffiku f’żona ċentrali ta’ pajjiżna. Żona li llum toffri fost l-ikbar uġigħ ta’ ras fl-iktar ħinijiet beżlin tal-ġurnata.

Dan se jkun wieħed minn sensiela ta’ proġetti ambizzjużi fil-qasam infrastrutturali għas-snin li ġejjin u l-Ministru Ian Borg ikkonferma mal-gazzetta KullĦadd li tlestew il-pjanti għal proġett mill-iktar interessanti li għandu jtaffi l-piż tal-ħin fit-traffiku partikolarment għal dawk li jużaw it-toroq arterjali ta’ Ħ’Attard.

“Nista’ ngħid li dan il-proġett huwa ħolqa waħda minn katina ta’ proġetti li għaddejjin biex nagħmlu t-toroq tagħna iktar aċċessibbli fejn wieħed ikun jista’ jivvjaġġa lejn id-destinazzjoni tiegħu b’mod iktar faċli,” qal il-Ministru Ian Borg li fisser li f’dan il-każ il-Gvern se jkun qed jonfoq miljuni ta’ ewro. Aqra aktar

IT-TAPIZZAR RAYMOND GRIMA QATT MA GĦARAF LIL MIN SPARALU

Wara li lbieraħ tilef ħajtu Raymond Grima,  it-tapizzar li fis-sbatax ta’ Novembru li għadda, intlaqgħat minn tliet tiri ta’ arma tan-nar f’żaqqu f’garaxx Ħ’Attard. Il-Pulizija qalet fi stqarrija li Grima qatt ma kien jaf jew għaraf lil min spara iżda għażel li ma jgħid xejn lill-Pulizija.

Aqra aktar

Żewġ nisa l-isptar wara ħabta

Żewġ nisa ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta fi Triq Valletta, limiti ta’ Ħ’Attard.

Persuni li kienu fuq il-post qalu lil ONE NEWS li waħda mill-karozzi li kienet qed tinstaq direzzjoni lejn ir-Rabat baqgħet ħierġa fuq dawl aħmar u b’konsegwenza ta’ hekk baqgħet dieħla f’karozza oħra li ħarġet minn fuq dawl aħdar fid-direzzjoni lejn Ħ’Attard.

Aqra aktar

Tinfetaħ dar għal pazjenti nisa li għandhom problemi ta’ saħħa mentali

F’Ħ’Attard infetħet dar li se tilqa fiha pazjenti nisa li għandhom problemi ta’ saħħa mentali. Id-dar kienet inizjattiva ta’ Richmond Foundation bl-għajnuna tal-Gvern.

Id-dar se tkun qed tilqa l-ewwel għaxar pazjenti nisa li jkunu ħarġu mill-Isptar Monte Karmeli sabiex jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex jerġgħu jintegraw fil-komunita.
Aqra aktar

Send this to a friend