Ħamrun – Page 9 – One News

Notifiki

Għalkemm żgħar, ma jgħadduhiex lixxa

Fil-każ tal-allegat abbuż skola l-Ħamrun, huwa allegat li hemm involuti tfal taħt l-erbatax-il sena u anke jekk -aħħar snin kien hemm bidla l-liġi, li tneħħi minn fuqhom ir-responsabbiltà kriminali, dan ma j ssirx li jgħadduha lixxa jekk kemm-il darba jinstab li kisru l-liġi u l-fatt abbużaw.

Illum każi bħal dawn ikunu indirizzati bħala każi soċjali, u l-intervent ma jkunx wieħed kriminali iżda wieħed ta’ riforma. Ikkuntattjat mill-gazzetta KullĦadd, avukat l-kriminal ikkonferma li l-idea mhijiex li t-tfal li jinvolvu ruħhom l-kriminalità jgħadduha lixxa.

Iżda l-ħsieb hu li ma jiġux trattati mis-sistema ta’ ġustizzja kriminali iżda mis-sistema ta’ ħarsien soċjali. F’Malta għandna s-sistema tal- ħarsien soċjali u l-possibilità ta’ ħruġ ta’ Care Orders dwar dawn it-tfal. Dan filwaqt li l-Kodiċi Kriminali jitkellem b’mod ċar dwar ir-responsabbiltà li tinġarr mill-ġenituri. Biex hekk il-liġi ma tfissirx li min għandu taħt l-erbatax-il sena jista’ jagħmel li jrid mingħajr ħadd ma jġorr il-konsegwenzi.

Aqra aktar

Wara l-arrest… investigaturi jqisu l-każ bħala wieħed kumpless

Wara li tard ilbieraħ filgħaxija kien arrestat l-għalliem allegatament involut fil-każi ta’ abbuż fi skola fil-Ħamrun, imkejjen qrib l-investigazzjoni spjegaw ma’ one.com.mt kif dan huwa każ kumpless. Dan minħabba d-diversi verżjonijiet li hemm.

Iżda fuq kollox minħabba li dawn l-akkużi serji jinvolvu vittmi minorenni li f’dan l-istadju jridu jkunu imħarsa. Hemm ukoll numru ta’ tfal li setgħu kienu kompliċi jew saħansitra wettqu l-abbuż li wkoll ikompli jagħmel il-każ wieħed iktar delikat. Filwaqt li komplew jitfgħu iktar pressjoni l-akkużi ġodda li nibtu wara l-kuraġġ tal-ewwel allegat vittma li tkellmet dwar dak li kien qed jiġri fil-klassi fejn suppost issir il-lezzjoni tal-arti. Aqra aktar

Il-Gvern jinvesti fi 48 appartament fil-Ħamrun

B’investiment ta’ €300,000 qed isir xogħol infrastrutturali fi blokka appartamenti Okella Agius, il-Ħamrun.
Ix-xogħol beda f’dawn l-aħħar ġimagħtejn. Bdiet ħidma fuq is-soqfa, fuq sistema tal-elettriku u anke tad-drenaġġ.
B’kollox hemm mat-48 appartament f’din il-binja. Residenti li tkellmu magħna esprimew l-ferħ tagħhom li se jsir investiment fil-binja, minħabba l-periklu li kienu ilhom jgħixu fih.
Apparti din il-binja, id-Dipartiment tal-Housing se jkun qed jirranġa binjiet oħra, fosthom f’Ta’ Ġiorni u f’Pembroke.

Aqra aktar

Jekk tħobb iċ-ċikkulata, is-Sibt mur il-Ħamrun

Min iħobb iċ-ċikkulata nhar is-Sibt li ġej ma jistax ma jmurx il-Ħamrun, għat-tmien edizzjoni tal-Festival taċ-Ċikkulata.

Wara s-success miksub fl-aħħar snin, il-festival se jsir tul Triq il-Kbira San Ġużepp.

L-attrazzjonijiet principali magħmula mic-cikkulata għal din is-sena huma t-“Titanic” – twil xejn inqas minn 24 pied, u l-“Karozza tal-Linja Antika” – twila madwar ħames piedi.

Aqra aktar

Sewwieqa, ħudu ħsieb

Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fil-bypass tal-Marsa/il-Ħamrun direzzjoni lejn il-Marsa, mil-lejla sa nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru 2016 bejn it-8.00 ta filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.

Waqt il-ħin tax-xogħol, din it-triq ser tkun magħluqa għat-traffiku, għalhekk is-sewwieqa huma mitluba jevitaw iż-żona u jsibu toroq alternattivi.

Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni f’parti oħra ta’ Triq Aldo Moro u  Triq Diċembru 13, mil-lejla sa nhar il-Ħamis 8 ta’ Settembru 2016 bejn id-9.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu. It-triq ser tibqa’ aċċessibbli, fejn f’ċertu partijiet it-traffiku ser jgħaddi minn karreġġjata waħda biss. Sewwieqa mitluba jsuqu b’attenzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċċjali.

Intant ix-xogħol fi Triq ix-Xatt Tal-Pieta’ ser jitkompla illejla kif avżat.

 

 

 

Il-Qorti tiddikjara l-kumpless Daniels fallut

Deċiżjoni tal-Qorti ddikjarat il-kumpless Daniels fil-Ħamrun bħala fallut għaliex mhux fi stat li jħallas id-djun tiegħu.

Panta Contracting Ltd., wieħed mill-kredituri, fl-2014 ħa azzjonijiet legali dwar dejn pendenti ta’ €1.5 miljun.  Il-Qorti semgħet li l-kumpanija risponsabbli minn Daniels Shopping Complex, igifieri D.A. Holdings, kellha kredituri oħra, li jafuhom mat-€120-il-miljun u xi interessi.

Aqra aktar

Send this to a friend