Ħamrun – Page 7 – One News

Notifiki

“Ħabib tiegħi, ma ridtx nemmen meta smajt l-aħbar li kont int”

“Lanqas nista’ nemmen li ħallejtna daqshekk malajr ħabib tiegħi. Għalija int ma kontx biss kollega imma ħabib mill-aħjar.” Dan kien biss wieħed mill-mijiet ta’ kummenti fuq il-profil ta’ Raymond Cassar, ir-raġel li miet mewta traġika, lbieraħ filgħaxija. Raymond tilef ħajtu wara li nqabad taħt lift fi blokka ta’ bini fil-Ħamrun. Minkejja, t-tentattivi li saru mill-Pulizija u l-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili d-destin tar-raġel kien miktub u ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Aqra aktar

QTIL ĦAMRUN: Wara li ħuha miet f’idejha, pruvat ittajjar l-aggressuri

Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Kurt Grech ta’ 23 sena u missieru Joseph li huma mixlija bil-qtil ta’ Brandon Pace, li kien magħruf bħala tal-Gallali. Pace nqatel b’ħames daqqiet ta’ sikkina fit-2 ta’ April f’residenza l-Ħamrun. Huwa nqatel wara argument dwar it-tifel tal-ex-tfajla tal-akkużat, Jessica Bilocca.

Aqra aktar

“L-unika koalizzjoni li rridu hija magħkom, mal-Maltin u l-Għawdxin kollha” – JM

Dan huwa Moviment li jgawdi minn serenità. U din is-serenità tipprovdi stabilità. Fejn taf fejn qiegħed magħna. Taf min qed imexxi.  Taf li għandna difetti iżda fl-aħħar mill-aħħar qalbna tħabbat fil-post it-tajjeb. Il-poplu ma jridx koalizzjoni tal-kaos u t-taħwid fejn l-affarijiet li jolqtuh jiġu deċiż fit-tferfix tal-mument. Il-familji u negozji iridu min jiflaħ jieħu deċiżjonijiet b’serenità. L-uniku koalizzjoni li rridu hija magħkom, mal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jagħlaq il-Konferenza Ġenerali Annwali 2017 bit-tema, ‘Malta ‘l quddiem għal aktar suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun.

Il-Prim Ministru saħaq li dan il-Gvern jipprovdi stabilità. Dan il-Gvern serraħ ras il-Maltin u l-Għawdxin li kapaċi jiddeċiedi.  Dan il-Gvern wera s-saħħa tal-għaqda fi ħdan dan il-Moviment. Moviment li mhux bitter, ma jippersegwitax lil min jikkritikah, jaħdem ma’ kulħadd, u dejjem qed jilqa’ aktar nies ġodda fi ħdanu. Moviment li huwa magħqud u b’ saħħtu. Għaldaqstant, m’ għandniex bżonn koalizzjonijiet biex nagħmlu dan, tenna Dr Muscat.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: IL-PULIZIJA B’OPERAZZJONI FIL-ĦAMRUN – ĦAMSA ARRESTATI

Ħames irġiel Maltin li għandhom bejn 19 u 37 sena ġew arrestati fuq allegat traffikar ta’ droga eroina u kannabis. Dan wara li l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-droga għamlu  b’operazzjoni fil-Ħamrun u saret tfittxija fuq numru ta’ persuni li kienu fil-pjazza tal-Ħamrun. Huwa mifhum li din l-operazzjoni saret wara li saru numru ta’ rapporti b’rabta ma’ droga f’din iż-żona.

Aqra aktar

X’NAFU S’ISSA DWAR IL-QTIL TA’ BRANDON PACE

Il-jum tat-Tnejn kien jum ta’ investigazzjoni intensiva għal pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali u d-Distrett tal-Ħamrun, li l-Ħadd filgħaxija ssejħu l-Ħamrun  fuq il-ħames  delitt tas-sena.

B’rabta ma’ dan id-delitt, li ħalla vittma żagħżugħ ta’ wieħed u għoxrin sena bl-isem ta’ Brandon Pace, kienet arrestata familja; Missier, Omm u iben.

Il-każ seħħ il-Ħadd ftit qabel it-tmienja neqsin kwart ta’ filgħaxija u persuni viċin l-investigazzjoni spjegaw kif kien hemm argument bejn l-allegat agressur u l-vittma, li joħroġ mat-tfajla li minnha l-agressur għandu iben.

Fil-fatt qed ikun allegat li l-agressur, Kurt Grech, kien qed jilmenta li Pace kien qed jistma ħażin lil ibnu. L-argument beda fuq it-telephone sakemm eskala tant li Grech, ommu u missieru marru fuq il-post fil-qasam tad-djar tal-Ħamrun.

Hemm kien hemm ġlieda bis-skieken u l-madum li minnha ħareġ l-agħar Pace li miet f’idejn oħtu. F’dak il-mument instemgħet tidwi l-għajta “Ħadulna l-Brandon” filwaqt li l-allegati agressuri ħarbu minn fuq il-post. Madwar siegħa u nofs wara kienu arrestati.

Grech li wkoll sofra xi ġrieħi ittieħed b’ambulanza l-isptar Mater Dei fejn kien għadu jinżamm għall kura tul il-jum tat-Tnejn.

Fid-depot kienu interrogati ommu u missieru, filwaqt li fil-Ħamrun id-delitt kien fuq fomm ħafna li jafu sew lill-persuni involuti.

It-Tnejn filgħodu d-dmija setgħet tidher f’partijiet differenti ta’ Triq Giovanni Barbara, filwaqt li l-preżenza tal-investigaturi fuq il-post setgħet tkun osservata minn ħin għal ħin.

Anke l-esperti tal-Qorti maħtura mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera komplew bl-istħarriġ tagħhom, filwaqt li l-pulizija ftit li xejn kellhom diffikulta biex jiksbu tagħrif dwar il-vittma.

Il-vittma hu magħruf sew mal-Pulizija tant li waqt żjara għall-vittmi tad-droga kien tkellem ukoll ma’ one news dwar l-imgħoddi tiegħu. Dakinhar kien tkellem magħna dwar kif ntbagħat il-ħabs għall-ewwel darba ta’ tmintax il-sena u daħal u ħareġ diversi drabi.  Kien qal ukoll li kien qed jiġġieled il-vizzju tad-droga.

Vizzju qerriedi għalkemm kienet raġuni oħra li ħaditu minn din id-dinja. Fi kliem oħtu fuq facebook “daqstant malajr… ħabta u sabta.”

Aġġornat: Il-ħames qtil tas-sena riżultat ta’ diżgwid fuq it-tifel tal-allegat qattiel

Qiegħed jingħad, minn imkejjen qrib l-investigazzjoni kriminali, li l-ħames qtil għal din is-sena kien instigat minn argument dwar tifel. Tifel, li skont dak li hu l-allegat qattiel, kien stmat ħażin mill-vittma.

Kurt Grech, li bħalissa jinsab rikoverat Mater Dei, għandu wild minn ma’ mara li riċentament bdiet toħroġ ma’ Brandon Pace, il-vittma.

Aqra aktar

Send this to a friend