Ħamrun – Page 5 – One News

Notifiki

Aġġornat (4): Libjan ta’ 26 sena jinqatel b’oġġett iebes fil-Ħamrun – instab bid-demm ħiereġ minn ħalqu

Fis-sigħat li ġejjin il-Pulizija mistennija tressaq il-qorti żewġ Libjani u tixlihom bil-qtil ta’ Libjan ieħor fil-Ħamrun. Il-vittma Mahmoud Elmejdi, żagħżugħ ta’ sitta u għoxrin sena tilef ħajtu l-Ħamis għall-ħabta tas-7.30 p.m. kawża tax-xebgħa li qala’.

L-arrest seħħ wara li ġie elevat filmat fil-madwar meħud minn kameras tas-sigurtà fejn minn hemm bdiet it-tfittxija għall-aggressuri.

Aqra aktar

ARA: Malta fit-tieni post f’kuntest tal-kanzunetti mit-tfal tal-iskejjel fl-Ewropa

Grupp ta’ Studenti mill-kulleġġ Ġorg Preca Ħamrun, nhar il-Ġimgħa li għaddiet ħadu sehem f’kompetizzjoni li tissejjaħ Schoolovision, immexxi minn għalliema fl-istess skola.

Wara ħafna preparamenti fuq il-kanzunetta u l-video li nħadem madwar il-ġmiel li toffri Malta, saret il-votazzjoni online fuq il-kanzunetti li ħadmu t-tfal stess mal-iskejjel rispettivi tagħhom f’diversi pajjiżi Ewropej.

Malta kisbet it-tieni post b’ 166 punt.

Dawn kienu l-Pajjiżi li ħadu sehem u l-punti li kisbu.

1 Turkija 180
2 Malta 166
3 Ukraina 160
4 Russja 140
5 Estonija 122
6 Spanja 112
7 Reġjun Basque 93
8 Norveġja 89
9 Maċedonja 86
10 Skozja 84
11 Awstrija 82
12 Iżlanda 81
13 Polonja 48
14 Slovenja 47
15 Slovakkja 45
16 Ġipru 40
17 Ingilterra 40
18 Aland Islands 35
19 Ġermanja 29
20 Serbja 22

Ara wkoll: http://schoolovision2018.blogspot.com.mt/2018/04/malta-glimpse-at-us.html?m=1 għal aktar informazzjoni.

Qtugħ fil-provvista tal-ilma fil-Ħamrun u l-Marsa

Il-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma fi stqarrija li ħarġet tixtieq tinfurma lil pubbliku li sfortunatament reġgħet ġiet kkaġunata ħsara f’punt kruċjali tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma.

Il-ħaddiema tal- korporazzjoni qed jagħmlu dak kollu possibli biex jillimitaw l-inkonvenjent lil pubbliku.

Madankollu residenti tal-Hamrun u l-Marsa għandhom jesperjenzaw qtugh fil-provvista tal-ilma.

Qed isir xoghol biex jitwassal l-ilma b’mod temporanju minn sistemi fil-vicin. Aktar dettalji ser jingħataw fil-ħin li ġej.

Kull minn għandu bżonn assistenza jista’ jċempel fuq freephone: 80076400

Il-Korporazzjoni tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.

Aġġornat: Jinżammu arrestati wara sejba ta’ 40 kilo droga

Is-Sibt tressqu l-Qorti t-tliet irġiel arrestati waqt rejd fil-Ħamrun nhar il-Ħamis, liema rejd waqtu nstabu erbgħin kilo ta’ droga allegatament kannabis.

Austin Mallia ta’ tlieta u tletin sena u Michele Artale taljan ta’ seba u erbgħin sena ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li ġew imressqa l-qorti mixlija b’pussess ta droga allegatament kannabis misjuba fl-istess operazzjoni.

Flimkien ma’ dawn iż-żewġt irġiel tressaq il-Qorti wkoll Taljan ieħor ta’ tlieta u erbgħin sena Sandro Lo Presti li ġie arrestat waqt li kienet għadejja l-interogazzjoni tat-tnejn l-oħra.

Huma ġew mixlija wkoll li impurtaw u li assoċjaw rwieħhom biex tinbiegħ u tiġi traffikata din il-droga u li kellhom fil-pussess tagħhom din is-sustanza f’ċirkustanza li turi li ma kinitx għall-użu esklussiv tagħhom.

Fil-Qorti d-difiża mmexxija mill-Avukati Christopher Chircop u Arthur Azzopardi talbu għall-ħelsien mill-arrest. Madankollu l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Kevin Pulis u Jonathan Cassar oġġezzjonaw għal din it-talba.
Dawn tal-aħħar argumementaw li l-investigazzjoni b’rabta ma’ din is-sejba għadha għadejja u tista’ twassal għal iżjed sejbiet, u għad hemm xhieda pajżana li għad trid titla tixhed. Għaldaqstant jekk dawn jingħataw il-ħelsien mill-arrest din ix-xhieda tista’ tiġi kkontaminata.

Il-Maġistrat ma laqgħatx it-talba tad-difiża tal-ħelsien mill-arrest u għalhekk it-tliet irġiel se jinżammu arrestati.
Madankollu bi qbil bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni – iż-żewġ Taljani ser jinżammu arrestati b’mod separat fil-faċilita korettiva ta’ Kordin u l-Malti ser jinżamm arrestat fit-taqsima forensika fl-Isptar Monte Karmeli fuq talba tal-istess difiża  dan anke jekk ma jbati mill-ebda kundizzjoni mentali. Dan biex ikun evitat kull kuntatt bejn l-akkużati.

Fuq talba tal-prosekuzzjoni it-tliet akkużati kellhom l-assi kollha tagħhom iffriżati.

“Aħna li konna miegħu” – Musical bl-esperjenza ta’ dawk li raw il-passjoni ta’ Ġesu

Ilkoll nafu kif kienet il-passjoni ta’ Ġesù, imma kif għexu dawk il-mumenti nies bħall-Madonna, Pilatu, San Ġwann, u s-suldat li sawtu?

Fil-musical ‘Aħna li konna miegħu’ imtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani, dawn il-karattri u oħrajn jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom ta’ Ġesù: kif  għexu l-passjoni, u kif iben Alla bidlilhom ħajjithom.

Aqra aktar

Raġel ta’ 78 sena akkużat li għex minn fuq prostituzzjoni fil-massage parlours fil-Mosta u l-Ħamrun

Alfred Attard, raġel ta’ 78 sena ma nstabx ħati li kellu dħul finanzjarju mil-prostituzzjoni permezz ta’ żewġ massage parlours fil-Mosta u l-Ħamrun. Dan minkejja li fil-qorti ġie stabbilit li fil-ħwienet kienu qed jingħataw servizzi sesswali.

Fil-qorti ġie stabbilit li lura f’ Novembru tal-2012, il-Pulizija għamlet rejd fuq iż-żewġ ħwienet wara diversi osservazzjonijiet. Bil-Pulizija tpoġġi lil Attard taħt dawn l-akkużi wara li ddikjara li hu sid il-ħwienet. Il-Qorti semgħet kif meta sar ir-rejd, il-mara ċiniża kienet il-carer ta’ Attard iżda mbad iżżewġithu fl-2013. Dan il-fatt qajjem dubji serji fuq ir-raġunijiet wara dan iż-żwieġ hekk kif Attard kien f’ relazzjoni intima oħra ma’ mara Maltija ta’ 90 sena li kienet ittih il-flus biex jgħix.

Aqra aktar

Ara: Ir-Re tal-Karnival biċ-ċapċip fi triqtu lejn il-Ħamrun

Illum ir-Re tal-karnival se jallegra l-pubbliku fil-Ħamrun.

Dan il-filmat ittella’ waqt li r-Re kien fi triqtu u d-dilettanti esprimew il-ferħ tagħhom b’ċapċip.

L-attività tibda fid-9.30 fi Triq il-Kbira San Ġużepp.

Fil-karru, tispikka l-qanpiena tat-Tieni Gwerra Dinjija fuq wara.

 

Mara tintlaqat minn karozza fil-Ħamrun

 Mara ta’ 41 sena mill-Floriana ntlaqtet minn vettura tal-għamla Ford Fiesta li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 79 sena, residenti Santa Venera. Il-pulizija tad-distrett issejħu fuq il-post. L-inċident seħħ fi Triq Abela Skola fil-Ħamrun.

Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Send this to a friend