Ħamrun | One News

Notifiki

L-MDA tgħid li se tappoġġja kull azzjoni li jieħu l-Gvern dwar xogħlijiet ta’ skavar

L-Assoċċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin qalet li se tappoġġja kull azjoni li jieħu l-Gvern dwar xogħlijiet ta’ skavar. Dan b’reazzjoni għat-tiġrif tal-binja fil-Ħamrun aktar kmieni l-Ħamis.

Fi stqarrija, l-MDA ingħaqdet ma’ diversi membri mill-pubbliku u appellat biex tittieħed azzjoni urġenti dwar din il-kwistjoni. Hija żiedet tappella biex l-awtoritajiet iwaqqfu Steering Committee biex ikunu mfassal regoli dwar siti ta’ kostruzzjoni. Dawn ir-regoli jorbtu lil dak li jkun biex jinvestiga dwar l-istabbiltà tal-binjiet u jfassal modi ta’ kif dawn jistgħu jkunu protetti.

“Proset perit… Jiena għidtlek biex tieqaf u int qed tkompli taħdem”- Residenta fil-blokka

Residenta li tgħix fil-blokka tal-appartamenti li dalgħodu ġġarrfet fil-Gwardamangia kienet ilha ġimgħat tilmenta mix-xogħlijiet li kienu għaddejjin fis-sit ta’ kostruzzjoni biswit darha. Madwar xahar ilu, fuq Facebook, Janet Walker tellgħet żewġ filmati twissi lill-ħaddiema u lill-perit responsabbli mix-xogħol li kienet se tispiċċa bla saqaf fuq rasha minħabba x-xogħlijiet li kienu għaddejjin.

F’filmat li tellgħet fuq Facebook hija tidher teħodha ma’ wieħed mill-ħaddiema tal-kuntrattur u twissih biex jieqaf mix-xogħlijiet ta’ skavar minħabba l-ħsara li kienet qed issirilha fi ħwejjiġha. Madankollu x-xogħlijiet baqgħu għaddejjin sakemm dalgħodu ġġarraf il-ħajt tal-appartament t’isfel.

Messaġġ fuq Facebook ta’ Walker li ttella’ fit-8 ta’ Ġunju li għadda staqsa kemm iridu jweġġgħu persuni biex tittieħed azzjoni. Walker żiedet tgħid li wieħed irid jaħdem ħafna biex daru tkun protetta, u jrid jagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta’ periti u ta’ avukati, fost l-oħrajn.

“U meta tweġġa’ jew tmut, min se jagħmel tajjeb?”, żiedet tistaqsi Walker, li nnutat ukoll li l-Pulizija ma jistgħux jidħlu fil-każ sakemm ma jkollhomx karta mingħand perit li jiddikjara li l-post mhux sigur.

Ir-raġel li deher fir-ritratt jidher li ma kellu x’jaqsam xejn ma’ dan il-każ.

Ara wkoll:

FILMAT: jiġġarraf ħajt ta’ binja ta’ appartamenti fil-Ħamrun

 

FILMAT: Ġuvni arrestat wara li prova jsuq fuq Pulizija

Ġuvni ġie arrestat fil-Ħamrun wara li pprova jsuq fuq Pulizija tat-Traffiku bil-konsegwenza li qaliblu l-mutur. L-allegat reat seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp wara li Pulizija waqqaf vann tat-tip Mitsubishi Shogun, minħabba li kellu l-ħġieġ kollu inkluż il-windscreen tinted. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.Aqra aktar

FILMAT: Ra lil missieru jmut quddiem għajnejh

Dik li kellha tkun ġurnata ta’ xogħol għal familja Grech inbidlet fl-akbar traġedja ta’ ħajjithom. Dan hekk kif Leli Grech, magħruf bħala l-Pejsa, ta’ 65 sena minn Ħaż-Żebbuġ, tilef ħajtu traġikament meta waqa għoli ta’ żewġ sulari fil-Kumpless Daniels fil-Ħamrun.

Dan ġara meta hu kien qed jgħin lill-ibnu Matthew fix-xogħol tat-tqegħid tal-madum, li kien qed iwaħħal f’dan il-kumpless li jinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp.Aqra aktar

Aġġornat: Malti ta’ 65 sena jmut wara li waqa’ żewġ sulari għoli fil-Ħamrun

Raġel ta’ 65 sena minn Ħaż-Żebbuġ tilef ħajtu wara li waqa’ għoli ta’ żewġ sulari f’parkeġġ tal-istabbiliment Daniels, fil-Ħamrun.

L-inċident traġiku seħħ għall-ħabta tat-08:00 tat-Tlieta filgħodu meta l-vittma kien qed jagħmel xi xogħol fl-istess stabbiliment, li jinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

Kelliem għall-Pulizja qal li r-raġel kien qed iġorr xi affarijiet u kien miexi b’lura meta tfixxkel u waqa żewġ sulari ‘l isfel fil-parkeġġ tal-istess stabiliment.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu żewġ karozzi fil-Ħamrun

Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu żewġ karozzi fil-Ħamrun kmieni t-Tlieta filgħodu. Il-karozzi kienu pparkjati viċin il-Junior College.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post għall-ħabta tal-09:45 biex jitfu nirien li ħakmu karozza tat-tip Volkswagen. Dawn infirxu għal karozza tat-tip Fiat Punto li nzertat kienet ipparkjata quddiem din il-karozza.

Iż-żewġ karozzi ġarrbu xi ħsarat, iżda b’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

 

Send this to a friend