hamrun spartans – One News

Notifiki

10 logħbiet sospenzjoni għal kowċ ta’ Ħamrun Giovanni Tedesco

Il-Kowċ ta’ Ħamrun Spartans Giovanni Tedesco ġie sospiż 10 logħbiet hekk kif il-kummissarju tad-dixxiplina ħabbar is-sospenzjonijiet tiegħu. Il-kumplament tal-plejers u amministraturi li ġew sospiżi huma dawn:-

Andrew Scicluna (Fgura Utd) – logħba
Manuel Bartolo (Hamrun Spartans) – żewġ logħbiet
Gaetano Farrugio (Hamrun Spartans) – logħba
Edward Calleja (Tarxien Rainbows) – logħba
Matthew Spiteri (Tarxien Rainbows) logħba

Il-Ħamrun Spartans iżuru Rainbow Ward u jqassmu rigali liċ-ċkejknin qalbiena

Plejers ta’ Ħamrun Spartans żaru d-Dipartiment tal-Onkoloġija fl-Isptar Mater Dei biex jagħtu sorpriża, u jqassmu xi rigali lit-tfal li qed jingħataw il-kura bħalissa.

F’messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħhom fuq Facebook, it-tim qal li din iż-żjara kienet waħda memorabbli, fejn kollha kemm huma raw b’għajnejhom l-isfidi li jaffaċċjaw iċ-ċkejknin li ntlaqtu mill-marda tal-kanċer. Dan, skont it-tim, b’kuntrast għal problemi relattivament żgħar li naffaċċjaw aħna lkoll ta’ kuljum.Aqra aktar

Kolp ieħor b’saħħtu minn Ħamrun Spartans

Tard ilbierah filgħaxija Ħamrun Spartans ħabbru l-akkwist tal-ex difensur ta’ Floriana Enrico Pepe.  Pepe wasal Malta propju ilbieraħ stess fejn immedjatament iffirma għal żewġ staġuni ma’ Ħamrun. It-Taljan ta’ 28 sena huwa wieħed mill-aqwa difensuri barranin li lagħab f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin.

Aqra aktar

Jacques Scerri mhux se jkompli jmexxi lil Ħamrun Spartans

Jacques Scerri mhuwiex ser ikompli jmexxi lit-tim ta’ Ħamrun Spartans hekk kif mistenni li jittermina l-kuntratt mal-klabb.  Sorsi viċin ONE Sport ikkonfermaw li riċentament nqala’ diżgwit bejn iż-żewġ partijiet bl-istess Scerri ħass li jkun aħjar li ma jkomplix bħala kowċ tat-tim. Anke Ryan Pulis u Gregory Degabrielle, li kienu l-assistenti ta’ Scerri, mhumiex mistennija li jkomplu bl-avventura tagħhom ma’ Ħamrun.

Aqra aktar

Send this to a friend