halloween – One News

Notifiki

Il-Halloween f’Malta: Moda ġdida?

Ta’ età tenera t-tfal diġà jibdew jiġu esposti għall-atmosfera tal-Halloween. Dan hekk kif minkejja li forsi ma jiċċelebrawx din il-‘festa’, xorta waħda permezz ta’ films u cartoons li jsegwu t-tema tal-Halloween jispiċċaw esposti għal ‘festa’ li llum l-ġurnata f’Malta saret qisha parti mill-kalendarju ta’ kull sena.Aqra aktar

Halloween f’Malta: hemm bżonn li nwaqqfuh?

 Il-Halloween hija ċelebrazzjoni li qed tidħol fil-kalendarju Malti, b’mod partikolari fost it-tfal. Ċelebrazzjoni li tradizzjonalment m’aħniex imdorrijin biha, pero bil-globalizazzjoni, kummerċ u media iktar aċċessibbli l-popolarita’ ta’ dan l-avveniment qed jikber. Ma tistax twaqqafha. Wara kollox, hemm bżonn li wieħed jipprova jwaqqafha?

Ngħiduha kif inhi, din iċ-ċelebrazzjoni qed tintuża iktar bħala okkażjoni oħra (apparti l-karnival) fejn it-tfal jilbsu kostum u jmorru jħabbtu l-bibien għal-ftit ħelu. B’daqshekk x’fiha ħażin? Diment li dan isir b’metodi diċenti ma hemmx lok għalfejn wieħed jallarma ruħu u jgħaġġibha. Festa oħra kummerċjali bħal bosta oħrajn.

Aqra aktar

“Dak il-ħelu kollu, inti se tieklu?”

It-tweġiba kienet: “le!”

Domanda ħelwa li-tfal li daru t-toroq ta’ Ħal Luqa liebsin ta’ ħlejjaq tal-waħx wieġbu ħerqana, huma u jipparteċipaw f’attvità trick or treat: jew ittihom ħelu, jew inkella tipprova tbeżżagħhom!

Kien hemm min prova jbeżża’, u kien hemm min ukoll qassam domni minflok ħelu – wara kollox it-treat mhux bilfors tkun tal-ħelu.

Sibna mhux biss tfal, iżda anke adulti jipparteċipaw f’ruħhom u b’ġisimhom – m’hemmx espressjoni aħjar meta tqis li kienu qed jiċċelebraw jum l-erwieħ.

Aqra aktar

Halloween li ġab ferħ fost anzjani Żwieten

Kien Halloween b’differenza għall-komunità Żejtuniija, hekk kif it-tfal taż-Żejtun Kids Club żaru l-Anzjani fiz-Żejtun Home.

Il-Club jorganizza crafts, sports, logħob, festini, attivitajiet edukattivi, u kultant anke jħeġġeġ lit-tfal jilbsu ta’ kreaturi tal-waħx!

Għalkemm dawn l-istess kreaturi ġabu ħafna tbissim fuq fomm anzjani li bil-qalb kollha ipparteċipaw fl-attiviità ta’ trick or treat…drawwa Amerikana li issa stabilixxiet ruħha sew fil-kalendarju Malti wkoll.

Aqra aktar

Iqumu dubji dwar dak li qal Tonio Fenech

Minn żmien għal żmien qed ikomplu joħorġu iżjed dettalji dwar il-każ tal-Falcon funds, fond li bħala direttur fih hemm l-eks ministru nazzjonalista Tonio Fenech.

Dokumenti ppublikati mill-gazzetta Kullħadd jitfgħu dubji dwar dak li qal Tonio Fenech lill-ġurnalista Żvediża.

Aqra aktar

Send this to a friend