ħal saflieni | One News

Notifiki

Mudell virtwali ġdid se jippermetti esperimentazzjoni fuq l-arja fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni

Mudell virtwali ġdid jagħti lok għal esperimentazzjoni virtwali fuq l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, li huwa wieħed mill-iktar postijiet delikati. Fil-fatt, ma jistgħux jidħlu fih aktar minn 70 ruħ kuljum.

Dan il-mudell virtwali ġdid se jagħti opportunità li jsiru esperimentazzjonijiet differenti fuq l-arja tat-tempju mingħajr ma jkun hemm riskju ta’ ħsara jew tibdil fl-arja reali tat-tempju li kien skopert fl-1902 u jixhed iċ-ċivilta li għebet eluf ta’ snin ilu.  Dan hekk kif l-esperimenti jsiru fuq mudell fuq il-kompjuter tal-istess tempju li hu magħmul minn sensiela ta’ kmamar imħaffra fil-blat fuq tliet livelli.Aqra aktar

Qligħ ta’ €300,000 għall-Heritage Malta

Il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici, ħabbar fil-parlament li Patrimonju Malta (Heritage Malta) għamlet qligħ ta’ 300 elf ewro matul is-sena li għaddiet u kellha għadd rekord ta’ 1.3 miljuni viżitaturi li ħallsu seba’ miljun ewro f’biljetti tad-dħul. Dawn il-flejjes jerġgħu jiġu investiti f’Ħeritage Malta.

Aqra aktar

Esperjenza l-awdjo-viżiva l-ġdida fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni

Wara xogħol estensiv ta’ konservazzjoni fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, Heritage Malta irrevediet l-interpretazzjoni u l-preżentazzjoni fis-sit biex il-pubbliku jkun jista’ jifhem u jesperjenza dan is-sit preistoriku aħjar. U grazzi għal żviluppi fit-teknoloġija, l-viżitatur issa għandu l-opportunitá jesplora dan is-sit permezz ta’ esperjenza awdjo-viżiva ġdida fiċ-ċentru tal-viżitaturi l-ġdid, anke jekk ma jkunx laħaq xtara biljett għat-tour regolari.

Aqra aktar

Send this to a friend