Ħal Qormi – Page 5 – One News

Notifiki

Karozza personali ta’ Pulizija tinħakem minn nirien

F’Misraħ il-kittieba Ħal Qormi bħalissa għaddejja investigazzjoni mill-Pulizija hekk kif għall-ħabta tat-3.00 karozza ħadet in-nar fl-istess triq.

Huwa mifhum li l-karozza hija ta’ uffiċjal ta’ Pulizija u għadu qed jiġi stabbilit x’ikkawża dan in-nirien.

Aqra aktar

EVITAW ĦAL QORMI

Ftit tal-ħin ilu, għadu kemm seħħ inċident  fi Triq l-Imdina Ħal Qormi li kkawża traffiku kbir fiż-żona. Il-Pulizija qed tappella lill-pubbliku biex tevita din iż-żona sakemm tagħmel l-investigazzjoni tagħha dwar il-każ filwaqt li l-vittma qed jingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post.

Aqra aktar

Il-Qriema se jaraw bidla f’tal-Bajjad

L-Awtorità tal-Ippjanar ippublikat pjan ta’ reviżjoni għaż-żona tal-Bajjad f’Ħal Qormi. Din ir-reviżjoni saret bl-għan ewlieni li jiġu indirizzati l-kunflitti tal-iżvilupp li fi kliem l-Awtorità qed jaffettwaw il-kwalitá tal-ħajja tar-residenti li jgħixu f’din iż-żona.

Aqra aktar

Bi ġrieħi ħfief wara li baqa’ dieħel ġo ħajt

Raġel ta’ tletin sena residenti Birkirkara sofra ġrieħi ħfief wara li baqa’ dieħel bil-vettura tiegħu ġo ħajt.

L-inċident seħħ fi triq Sant Andrija, Pembroke għall-ħabta tat-tmienja u għaxra tas-Sibt filgħaxija wara li r-raġel bil-vettura tat-tip Ford Ka għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt.

Aqra aktar

Vettura tieħu n-nar f’Ħal Qormi

Ftit tal-ħin ilu vettura tat-tip Citroen kienet qed tiġi misjuqa f’Mrieħel Bypass f’Ħal Qormi meta s-sewwieq tal-vettura nnota li kien hiereġ duħħan mill-parti ta’ quddiem tal-vettura.

Aqra aktar

Send this to a friend