Ħal Qormi – Page 3 – One News

Notifiki

ATTENT META JĦABBAT IL-BIEB f’ĦAL QORMI

Ġuvni samrani li jista’ jkun li huwa barrani qiegħed iħuf fit-toroq ta’ Ħal Qormi u jagħmel ta’ bir-ruħu li qiegħed jiġbor il-flus għal pazjenti morda bid-dijabete.

F’telefonata li għamlet mara ma’ ONE NEWS spjegat li fi Triq il-Vitorja f’Ħal Qormi, dan il-ġuvni beda jħabbat bieb bieb u beda jitlob il-flus lir-residenti f’dawk l-inħawi.

Jappella biex għall-funeral jintlibsu l-kuluri li jixhdu t-tbissima ta’ Miriana

F’messaġġ fuq il-midja soċjali tħabbar li l-funeral ta’ Miriana Agius ħa jsir għada l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2018 fis-2.30pm, fil-knisja parrokjali ta San Bastjan, f’Ħal Qormi.

Is-sieħeb tagħha Jean Claude Magri talab biex ma jintlibisx il-kulur iswed iżda kuluri sbieħ ħalli jixhdu t-tbissima li dejjem kien ikollha fuq wiċċha din it-tfajla li ħalliet id-dinja f’età żgħira.

Garaxx f’Ħal Qormi nbidel b’bejta ta’ drogi

Fil-Qorti nstemgħa kif garaxx fi Triq Mejjilla f’Ħal Qormi, allegament inbidel f’bejta ta’ drogi. Renald Baldacchino ta’ tmienja u tletin sena wieġeb mhux ħati għall-akkużi li ttraffika droga kokaina u eroina u li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar mhux liċenzjata.

Huwa kien wieħed mid-disà persuni arrestati s-Sibt mill-Pulizija waqt rejd li sar f’garaxx wara ġimgħat ta’ osservazzjoni.

Aqra aktar

Kont Jien – Fl-okkażjoni tal-20 sena anniversarju mid-Drama Pageant Group, San Sebastjan, Qormi

Fl-okkażjoni tal-20 sena anniversarju, id-“Drama Pageant Group, Qormi San Sebastjan” bi pjaċir jippreżenta; “Kont Jien”.

Dramm għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa fuq kitba ta’ Doris Zammit taħt id-direzzjoni ta’ Sebastian Aquilina. “Kont Jien” – Ġrajja mill-Passjoni ta’ Kristu li twasslilna sehem iċ-ċenturjun Justus fil-mewt ta’ Ġesù.

Imma kien Justus waħdu responsabbli għall-mewt ta’ Kristu? Tgħid Ġuda wkoll kellu sehem fil-mewt tiegħu jew kienu l-Lhud li qatluh? U Pilatu kif jidħol f’din il-ġrajja?

Rappreżentazzjoni ħajja li qed tippreżentalna l-Passjoni ta’ Kristu minn fomm diversi karattri li bl-aġir tagħhom jidhru li kienu kompliċi fil-mewt ta’ Ġesù … inkluż aħna … int u jien!

Dramm li se jittella’ nhar it-Tlieta 27 u l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2018, fit-8:00 ta’ filgħaxija fuq iz-Zuntier tal-Knisja Parrokkjali San Sebastjan Ħal Qormi.

Għal aktar informazzjoni żuru: https://www.facebook.com/groups/68517800490/about/

18-il xahar ħabs sospiżi u multa ta’ €800 wara li ammetta li spara f’Ħal Qormi

Michael Mifsud ta’ 52 sena minn Ħal Qormi, ammetta li spara lejn Michael Camilleri, fil-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli.

Mifsud ġie kkundannat għal 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin u mmultat €800.

Michael Camilleri ngħata wkoll il-protezzjoni għal sentejn fuq talba tal-qorti.

Il-każ ġara fit-13 ta’ Frar fi Pjazza San Franġisk f’Ħal Qormi.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/02/14/ragel-arrestat-u-iehor-ferut-fsparatura-fhal-qormi/

Raġel arrestat u ieħor ferut f’sparatura f’Ħal Qormi

Raġel ġie arrestat wara sparatura l-bieraħ filgħaxija li matula raġel ta’ sitta u ħamsin sena minn Ħaż Żabbar safa ferrut.
L-isparatura seħħet għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Pjazza San Franġisk f’ Ħal Qormi meta għal xi raġuni nqala argument bejn iż-żewġt irġiel.

Approvat ir-restawr tal-loġġa ta’ Pinto f’Ħal Qormi

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar tat permess biex isiru żewġ proġetti fil-lokalita’ ta’ Ħal Qormi; ir-restawr tal-loġġa ta’ Pinto fi Pjazza Narbona u ieħor ta’ tisbieħ fi Pjazza tal-Knisja ż-żghira ta’ San Bastjan.

Il-Loġġa ta’ Pinto tinsab biswit il-Knisja ta’ San Bastjan u kellha bżonn restawr immedjat. Inbniet oriġinrajment fl-1772 biex tfakkar il-31 sena minn meta Manuel Pinto de Fonseca sar Granmastru tal-Ordni. Din il-loġġa kienet tappartjeni għal dar akbar li kienet tinkludi wkoll l-istalel tal-Gran Mastru nnifsu. Il-kumpless kien ġie żviluppat bħala post għall-akkomodazzjoni soċjali fl-1981. Il-Leġġenda tgħid li l-gran Mastru kien ipoġġi f’din il-loġġa biex jistkenn mix-xemx waqt li jsewgi t-tlielaq taż-żwiemel.

Aqra aktar

Send this to a friend